Illum tibda l-attivita’ kompettitiva permezz tal-Isquash

Sunday, May 29, 2011, 23:44

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.

Vaduzer Saal, il-post li fih hemm il-Press Centre u anke jservi ta' ristorant għall-atleti

Vaduzer Saal, il-post li fih hemm il-Press Centre u anke jservi ta' ristorant għall-atleti

L-Isquash hu l-ewwel dixxiplina li se tiftaħ l-attivita’ kompettitiva fl-erbatax –il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Għalkemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ se ssir it-Tnejn filgħaxija, it-Tnejn fil-11am se nassistu għall-ewwel impenn tal-atleti maltin fid-dixxiplina tal-Isquash li l-Kumitat Olimpiku Malti qed jistenna suċċess minnha.

Appuntu it-Tnejn Malta tilgħab fil-kompetizzjoni tat-timijiet kemm f’dik tal-irġiel u anke tan-nisa biż-żewġ logħbiet jintlagħbu fl-istess ħin f’żewġ courts differenti b’żewġ logħbiet kontra l-Islanda.

It-Tim Malti tal-Irġiel hu kompost minn: Carl Camilleri, Joseph Desira, Nigel Dunkerly, Michael Fiteni, Brad Hindle Deguara, Mark Lupi u Daniel Zammit Lewis, filwaqt li t-tim tan-nisa hu kompost minn: Annabelle Olivieri Munroe, Joanna Rizzon Colette Sultana, Diane Desira u l-veterana Theresa Brousson.

Intant il-Ħadd filgħaxija waslu iktar atleti maltin ġewwa Vaduz fejn fost l-oħrajn ta min isemmi li waslu wkoll b’mod kolettiv it-timijiet tat-Table Tennis li kienu ġejjin minn Milan l-Italja wara training camp intensiv fejn kienu akkumpanjati wkoll mill-uffuċjal Joe Anastasi.

Għada filgħodu diversi atleti fosthom dawk tal-Għawm se jkunu qedgħin iżuru gġall-ewwel darba l-impjanti sportivi li fihom se jsiru l-kompetizzjonijiet.

Ara l-ewwel filmati minn Liechtenstein filmati Edmond Curmi u Darren Parnis :

Filmati: Roberto Runza Net TV, Darren Paris One TV, Edmund Curmi TVM, Ramon Azzopardi Melita
Muntagg: Ramon Azzopardi

http://www.youtube.com/watch?v=cJgPvzti5qI&feature=mfu_in_order&list=UL

Uħud mill-ġurnalisti u camerapersons Maltin mal-wasla tagħhom f'Vaduz

Uħud mill-ġurnalisti u camerapersons Maltin mal-wasla tagħhom f'Vaduz





Leave a comment