Il-Wirja Tradizzjonali Tal-Imnarja

Monday, July 3, 2017, 10:07

Tal-klieb tal-kaċċa u aktar tluq ta’ gamiem  

Għas-19 il-sena konsekuttiva l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) permez tal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Edukativa (KRPE) organiżat il-wirja tal-klieb tal-kaċċa, dawk ta’ Malta u tal-Fenek, waqt il-Festa tal-Imnarja ġewwa l-ġonna tal-Buskett.

Apparti l-istand tal-KRPE kienu preżenti ukoll il-’Malta Falconers Club’ bi stand ieħor, liema klabb huwa affiljat mall-FKNK.

L-Onorevoli Segretarju Parlamentari tal-Biedja u s-Sajd, il-Perit Clint Camilleri żar l-istands tal-FKNK u anki pparteċipa fit-tluq tal-gamiem li kien imrobbi fil-magħluq minn membri tal-istess FKNK, liema attivita’ issa saret aveniment anwali fil-kalendarju tal-FKNK.





Leave a comment