Il-votazzjoni għall-People’s Choice Award ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali fl-aqwa tagħha

Monday, February 12, 2018, 13:53

L-organizzaturi ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta,  jinfurmaw lill-pubbliku li l-votazzjoni għall-kategorija People’s Choice hija miftuħa, u l-pubbliku jista’ jivvota fuq il-website ta’ SportMalta www.sportmalta.org.mt

Il-votazzjoni tagħlaq nhar is-Sibt 17 ta’ Frar fl-10.00pm waqt li tkun għaddejja s-serata finali. Is-serata, li se tkun imxandra b’mod dirett fuq TVM2, se ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u tibda fit-8.00pm.

Il-finalisti ghall-People’s Choice Award huma Matthew Abela (Badminton Malta), Joe Bajada (Malta Cycling Federation), Ella Borg (Malta Gymnastics Federation), Steven Fenech (Malta Wheelchair Dancesport Association) u Matthew Zammit (Aquatic Sports Association of Malta).

Is-serata tat-58 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali se tkun preżentata minn Clinton Buhagiar u Catherine Micallef.

Aktar informazzjoni fuq l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali tinsab fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jew inkella fuq il-websites www.maltasportsjournalists.com u www.sportmalta.org.mt.





Leave a comment