Il-Viċi President Tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport b’impenn uffiċjali ġewwa Sqallija

Monday, July 31, 2017, 8:59

William England, Vici President Tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport illi huwa ukoll liċenzjat bħalha ufficjal tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ L-awtomobilizmu kien impenjat bħalha assistent direttur ta’ tellieqa ġewwa ċ-cirkwit ta’ Pergusa fi Sqallija. It-tip ta tellieqa li kien inkarigat minnha England hija relativament tip ta’ tellieqa ġdida magħrufa ġewwa l-Italja bħalha Crono in Pista A Tipica, tip ta’ tellieqa li tuza regoli tal-Hill Climb pero tinstaq ġewwa ċirkwit. Hija dixxiplina differenti li mhix alternattiva għal-Hillclimb u lanqas għal-sport ieħor illi jsir ġewwa ċirkwit. England gie fdat f’din il-posizjoni delikata biex jghin lill assistant direttur Alessio  Colaleo mid-direttur residenti ta Pergusa Alessandro Battaglia. England gie milquh gewwa ic-cirkwit mill-President Mario Sgaro li introducieh mat-tim li England kellu imexxi. Ic-cirkwit ta Pergusa huwa twil 4.9 kilometri, madwar ghadira go park naturali fin-nofs ta Sqallija li fil-passat gie uzat sahansitra ghal-tlielaq tal-Formula Wiehed, fih tlett chicanes, jirrikjedi 40 marshall, flimkien ma l-entitajiet l-ohra kollha bhal servizz mediku, tifi tan-nar, protezzjoni civili u ohrajn. Colaleo inkariga lill-England mill-komunikazzjoni ma l-ufficjali l-ohra kollha, id-dokumentazjoni ta qabel u wara t-tellieqa kif ukoll il-ftuh, l-gheluq tat-tellieqa w lista ta tluq.

England qalilna li din kienet esperjenza fantastika, ta responsabilita kbira li fiha tghallem hafna w li issa jista jghaddi din l-esperjenza lill-klabbs lokali ghal-beneficju taghhom, tas-sewwieqa u tal-isport awtomobilistiku ingenerali.





Leave a comment