Il-verdett finali Norveġja vs Malta għas-17 t’Awwissu

Saturday, July 21, 2012, 13:32

minn Caroline Attard u Catherine Micallef.

Il-President tal-MFA jikkwota siltiet mill ex-President tal-MFA John Frendo Azzopardi

Il-President tal-MFA jikkwota siltiet mill ex-President tal-MFA John Frendo Azzopardi

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni Maltijia tal-futbol ntemmet bid-diskors tal-President Norman Darmanin Demajo fejn dan beda d-diskors tiegħu billi wera sitt slides bi kwotazzjonijiet tal-ex President tal-MFA John Frendo Azzopardi li kien fil-Presidenza tal-MFA bejn l-1953 u l-1954.

Darmanin Demajo rrimarka li affaxina ruħu kif dak id-diskors li sar iktar minn 60 sena ilu, għadu japplika sal-lum.  Frendo Azzopardi kien qal li ċertu partitarji għandhom ossessjoni infantili li titfa’ pressjoni fuq il-ftit nies fil-kumitati li għandhom kapaċita jegħlbu l-istess pressjoni. Jemmen li jekk il-ħafna flus li jintefqu lil hinn mill-istandards li l-klabbs jilħqu u li kieku jintefqu b’mod aktar għaqli,  dawn iħallu iktar frott. Jemmen ukoll li għandha titneħħa r-rivalita esġerata bejn ċertu partitarji u għandhom iħallu lill-Kumitati jaħdmu bil-għaqal.

Darmanin Demajo qal li jaqbel perfettament ma’ dan id-diskors u qal li għandna nkomplu lejn dan il-mudell sabiex nimxu ‘l quddiem.  Il-President tal-MFA wera b’sodisfazzjon li l-maġġoranza tal-klabbs laqgħu l-appell li huwa kien għamlilhom fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-sena l-oħra fejn ħarġu mill-’comfort zone’ u kien hemm titjib fl-amminstrazzjoni tagħhom.

Irrefera b’mod dirett għall-klabbs ta’ Fgura United u Qormi FC li kienu ta’ eżempju sabiex jibbilanċjaw l-objettivi tagħhhom filwaqt li amministraw b’mod għaqli.

Darmanin Demajo tkellem dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-futbol lokali u l-ambizzjonijet tiegħu għas-snin li ġejjin. Hu stqarr li l-futbol mondjali bħalissa jinsab f’salib it-toroq u minkejja li aħna pajjiż żgħir, aħna nappartjenu għal din il-familja u xorta aħna għandna nagħtu rendikont tal-għemil tagħna.

Qal li t-triq ‘il quddiem għandha tkun ibbażata fuq il-Financial Fair Play u l-Integrita.  Norman Darmanin Demajo jaħseb li l-akbar responsabbilta ta’ integrita għandha taqa’ primarjament lejn il-plejer li għandu jkollu l-obbligu li jara li jiġi rreġistrat skont ir-regolamenti u bid-dħul u l-kundizzjonijet kuntrattwali tiegħu jidhru kollha.

Responsabbilta oħra importanti ta’ kull plejer għandha tkun dik dwar il-match fixing fejn il-President tal-MFA emfasizza li ma nistgżux inħallu dan il-kankru jeqred il-fibra tal-passjoni li toħloq din il-logħba. “Jekk aħna nippermettu li dan il-kankru nħalluh jinfiltra f’Malta, allura aħna qegħdin hemmhekk għalxejn, u għalhekk l-MFA flimkien mal-klabbs se taġixxi b’tolleranza zero lejn din l-attivita legali”.

Darmanin Demajo rrefera għall-allegat każ ta’ korruzzjoni tal-partita Norveġja vs Malta fejn ħabbar li d-deċiżjoni finali tal-Control and Disciplinary Body tal-UEFA ser tittieħed fis-17 t’Awwissu li ġej.  Il-President ikkonferma li t-tliet plejers li kienu jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali se jiġu mressqa quddiem l-istess bord f’din id-data peress li l-każ kien ġie pospost wara li l-istess plejers talbu li jippreparaw id-difiża tagħhom. NDD semma wkoll l-allegat każ ġdid li qed jiġi nvestigat u li mistenni jitressaq nhar it-Tnejn li ġej. Huwa qal li l-MFA qed tħares lejn dan il-kankru b’perspettiva oħra fejn qed tagħti amnestiji lil min jitkellem sabiex tkun żgura li teqred il-korruzzjoni.

Responsabbilta ta’ integrita għandha taqa’ wkoll fuq il-coaches fejn wara l-ħidma estensiva li qed issir fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA sabiex tipproduċi head coaches kwalifikati, il-coaches għandhom jibqgħu jiżviluppaw it-tagħlim tagħhom b’mod kontinwu u jħarsu lejn Ta’ Qali bħala ‘Open Learning Centre’. NDD qal ukoll li ġie ntrodott Sports Science Centre fi ħdan l-istess Ċentru Tekniku grazzi għall-ħidma sfiqa tal-istaff kollu taħt it-tmexxija ta’ Robert Gatt li rnexxielhom jagħmlu rivoluzzjoni fis-silenzju.

Fit-tieni parti tad-diskors, il-President tal-MFA tkellem fid-dettall dwar il-Financial Fair Play u filwaqt li reġa’ rrefera għall-korruzzjoni li qal li ma jemminx li ma teżistix lokalment wkoll min-naħa ta’ klabbs u Presidenti bħalma teżisti f’kull pajjiż fid-dinja, talab lill-klabbs sabiex jieħdu responsabbilta.

Norman Darmanin Demajo tkellem dwar l-importanza li l-klabbs kollha għandhom jibbilanċjaw il-kotba tagħhom u jimxu mar-regoli tal-Financial Fair Play fejn irrefera għaliha bħala l-ikbar unur li klabb jista’ jakkwista u mhux aċċettabbli li jintrebħu tazzi a skapitu ta’ dejn enormi.

L-amministraturi tal-klabbs hemm bżonn li jbiddlu l-mentalita ta’ kif jieħdu ħsieb l-infrastruttura u l-plejers żgħażagħ tagħhom.  Huwa qal li l-klabbs għandhom jagħtu iktar spazju lill-home grown players u mħgandhomx minnufih ifittxu s-soluzzjonijet fil-plejers barranin.

NDD irrimarka l-fatt li t-tfal Maltin kapaċi jħabbtuha ma kulħadd fuq livell Internazzjonali iżda minħabba struttura amministrattiva żbaljata, ħafna minnhom qegħdin jintilfu meta jikbru.  Il-President tal-MFA wera l-ħsibjiet tiegħu dwar l-istrutturi tal-klabbs lokali fejn iħoss li minħabba l-fatt li r-responsabbiltajiet kibru ħafna, m’għadhomx siguri u għaldaqstant għandna nibdew nikkunsidraw bis-serjeta strutturi ta’ ownership u trasformazzjoni tal-klabbs f’kumpaniji.

Finalment, Norman Darmanin Demajo talab aktar koperazzjoni mill-MEPA ta’ kull meta f’isem il-klabbs tapplika għall-proġetti ġodda minkejja li stqarr li kien hemm progress evidenti.

 





14 Comments

  1. matthew says:

    Same old story …. MFA better to start focusing on real things… We play crappy football , no matter which team … We bring crap foreign players an maltese players especially in lower divisions are used and thrown away like a piece of paper .. Ghal tiffirma ta 16 years u tigi tal club u tibqa al ghomrok maghhom …Alla hares tipprova tixtri release ax bil parametri qata fil patata tiehu …. Qed icahhduna milli nilghabu l football ? … Clubs bhal dawn qas biss jaghtu kas l players taghhom…. U jekk twegga….biex tinqeda trid tkun taf l dak jew lil iehor…Hadd ma jghinek… L istess tmur tipprova taghmel xi haga privata u terga qata ohra .. Qas jekk taghmel hajtek overtime ma taffordja…. Mohhkom fil goal cards u progetti u as sugu ma taslux… Mux xorta tlietat u erbat naqalaw nazzjonal u cl …. U qabel nitkellmu fuq korruzjoni ahjar noqodu attenti….Kull min jgholli jdejh andu xi xjomm (jew kwazi ) … Sandro grazzi talli alinqas hawn nistgha nesprimi l opinjoni tieghi…

    [Reply]

  2. matt says:

    Football is finished… It is finished all over the world in my opinion…. Corruption , bookmakers , money money and money… An maltese football the crappest all over the world… Focused on silly things… MFA why don’t you start for once dealing with proper things…. WHY PLAYERS WITHOUT ANY CONTRACT ARE STILL GLUED TO THEIR CLUB WHEN THE LAST SIGNATURE WAS PENNED DOWN AT THE AGE OF 16 ? PARAMETERS THOUSANDS OF EUROS… WHY ??? AND WHY PLAYERS ARE NOT COVERED DUE TO INJURIES ?? WHY ?? WE PLAYERS WANT HELP…. We are all focused on signing crap foregneir players , and making silly things such as gold cards etc … The proof of the pudding is in eating …. Meta nigu ghal prova xorta we take the stick forsi nigbru punt jew tnejn…Mohhkom fil premier u players stabbiliti biss jgawdu..Lower divisions nsejtuna…MFA ahjar taraw xkontu taghmlu fi zmienkom mal clubs…

    [Reply]

  3. Ta Qali Man says:

    SSDD – same shit different day. Everyone knows who the players are so why all this secrecy.

    [Reply]

    Neil Reply:

    Ghatu cans qisu ha jaqalkom mela hsibtu li l-affarijiet kif tahsbu intom. 

    [Reply]

  4. Leonard says:

    L-eks president John Frendo Azzopardi li semma d-DeDe, kien aktar maghruf bhala Jackie FF. Kien bniedem sportiv. Ta’ 20 sena kien mar bhala reserve goalkeeper mat-tim Malti tal-waterpolo fl-Olimpjadi ta’ Berlin. Kien jilghab mas-Sliema u qabel emigra lejn l-Awstralja kien ukoll serva bhala ministru f’kabinett ta gvern nazzjonalista.

    [Reply]

  5. jj says:

    M F A says alot is being done to upgrade the level of coaching, with courses exx, but then you see in our current leauges coaches without proper licence to coach in that particular category as Premier, First Division, 2nd and 3rd. Is MFA going to do something about it, or leave the Clubs engage who ever they want. so that they want lose any votes.

    [Reply]

  6. jerry says:

    Nahseb li mxejna il quddiem … ma jfissirx li ma faddalx fejn wiehed jitjieb jew li ma fadalx xi jsir imma ta l-inqas bdejna u nahseb li jekk NDD  u t – tim tijaw jigi in – nomminat ghal legizlatura ohtra ta tlett snien dan ikun iffiser li il football tghan a f’sitt snien ikun mexxa passi ta ggant il quddim proset MFA 

    [Reply]

  7. Bugeja says:

    LA PLAYERS TAGHHOM CANS IFFITCU ID DIFIZA TAGHHOM……MELA BI RISPETT KOLLU SETA JSEMEWHOMM!!!!! JEW ISSA NAGHIDU LI MARRU BARRA BIEX INKOMPLU NAHBUWOM MA JMORUX JITILFU GIHOM…..U EJJA FAQQW MIN HUMA JA KAWARDZ IMNAL NDUNAW MIN BARRA GHAX KIEKU HAWN MALTA KONTU TAHBULOM KOLLOX!!!!! U HA JISEMEW ISSIMHOM GHAX MA TISTAWX TAGHNLU MOD IEHOR…KOLLHA F KEFFA WAHDA QEDIN

    [Reply]

  8. chris agius says:

    17 Awwissu jasal u nkunu nafu. Se johorgu ismijiet u l-kaz ikun maghluq. Naqbel ma’ MFA li jissemmew il-plejers meta jinghalaq il-kaz u mhux qabel ghax ghandhom dritt jiddefendu ruhhom. 

    [Reply]

  9. Tony Sant says:

    Kollha bravi hawn biex tparlawvimma sugu xejn. Halluhom jahdmu. 

    [Reply]

  10. gingerr says:

    minuma il players ?

    [Reply]

  11. turu abela says:

    kunbinazzjoni andna data ohra target tal-mfa dqas mux jaqtaw dawn tal-MFA bid-dati li ilom iwedu

    [Reply]

  12. vince says:

    dejjem l istess alla jbierak, dejjem kliem fierah u kemm investejna flus, u kemm ahna kontra l korruzzjoni, semmi sur Norman kemm il-kaz ta’ korruzzjoni taf bih int u semmi kemm fil-verita hadtu azzjoni fuqu, jekk intik 1 is to 5 inkun gentlom mieghek

    [Reply]

  13. speedy says:

    and yet another year with the same sweet talk by our dear soft wored president. come ons same old shit

    [Reply]

Leave a comment