Il-Vanġelu għal għada

Sunday, June 30, 2013, 9:01

It-timijiet kollha affiljati mal-MFA għada t-Tnejn mistennija li jinġabru fil-lukanda Excelsior sabiex jisimgħu l-vanġelu tal-President attwali tal-MFA Normann Darmanin Demajo bħala parti mill-kampġnaja tiegħu sabiex jerġa’ jiġi ri elett.

Dan is-sit huwa infurmat li f`din il-laqgħa Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo mistennija jerġghu jitolbu bil-ħniena l-fiduċja tal-clubs fl-20 ta` Lulju. Jekk jiġi konfermat Darmanin Demajo  jerġa` jiġi konfermat awtomatikament Bjorn Vassallo li jkun mistenni jibqa’ fil-kariga tiegħu imhallas b`eluf kbar flimkien ma’ diversi perkaċċi u bonuses oħrajn li sal-lum għadhom mistura u ebda Club ma jafhom.

Ma’ Vassallo mistennija jgawdi wkoll Chris Bonnet u Ivan Mizzi li apparti li għandhom paga ta` full timers mal-MFA issa mistennija jkunu wkoll Viċi President u Teżorier tal-assoċjazzjoni.

Intant dan is-sit hu informat li l-MFa rega’ kellha ammont record ta` partiti tal-Premier u l-ewwel divizzjoni li ġew yellow flaged jew red flaged fuq possibilta ta` imhatri illegali fuq l-internet.

Dawn il-partiti ġew investigati minn Franz Tabone l-integrety officer iżda qatt ma mexxewhom quddiem il-pulizija bl-iskuża ta` nuqqas ta` provi. Hu fatt maghruf li dan seħħ biex l-MFA ma turtax Clubs bil-biża li jintlfu voti fl-Elezzjoni.  Minn informazzjoni li għandna jidher li l-Pulizija investigat inqas minn sitt każi dan l-istaġun.

Intant teżisti biża kbira bħalissa fost dawk li jirranġaw il-logħob lokali għal fatt li l-eks Spettur tal-Pulizja Anġlu Gafa’ issa tmexxa fis-Servizz Sigriet. Gafa’ kellu f’idu ammont kbir ta’ każijiet ta’ korruzzjoni u jista’ jagħti l-każ li bis-saħħa li issa se jkollu fis-Secret Service jista’ jibda jsib tarf ta’ iktar każijiet u jiżdiedu ma dawk li diġa’ ġew solvuti f-aħħar snin.





6 Comments

  1. Tyrone Demanuele says:

    Il-vangelu hadem

    [Reply]

  2. Ruben Grech says:

    Viva Malta. Viva Dede. Viva Football. Hu se jerga jirbah u ahna warajh. 

    [Reply]

  3. Carmel Said says:

    Blogs bhal dawn ikomplu jixhdu kemm hawn min hu vojt. 

    [Reply]

  4. bugeja says:

    Ha jhabru li l-elezjoni ghal presidet ha tkun fi bettings ukoll biex jerbhu xi haga min hemm ukoll!!!!! KOLLHA KEFFA WAHDA…..Taparsi jigieldu l-koruzjoni!!!!!!

    [Reply]

    Tyrone Demanuele Reply:

    Taparsi? Mela mhux qed tara r-rizultati? Qatt ma kien hemm players u membri tal-kumitat li qed jitressqu u jigu sospizi daqs kemm hemm issa

    [Reply]

  5. P Sant says:

    U xi nghidu ghall-attendenzi rekord ta dal-istagun? Se jhabbru l figuri ghada?

    [Reply]

Leave a comment