Update: Il-UEFA sa Mejju tikkonkludi l-każ….. Darmanin Demajo ma qarax id-dossier tal-prosekutur

Wednesday, March 28, 2012, 17:56

minn Joshua Cacciattolo u Sandro Micallef

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ammetta li għadu ma qarax id-dossier tar-rapport tal-Prosekutur Adrian Camilleri li fih madwar 500 paġna. Hu żvela wkoll li issa l-każ Malta vs Norveġja li jmur lura għall-2007 ingħata f’idejn il-kumissjoni tal-Kontroll u Dixxiplina tal-Uefa biex tkompli tinvestiga l-każ u tasal għall-konklużjoni hi u mhux l-MFA.

Mix-xellug Vassallo, NDD, Manfre' u Attard

Norman Darmanin Demajo tenna wkoll li għalkemm mhux ċert mija fil-mija qed jaħseb li l-investigazzjonijiet kollha jkollhom konklużjoni sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Hu beda l-intervent tiegħu billi qara introduzzjoni li kienet lesta bil-miktub quddiemu fejn ta kronoloġija tal-fatti tipo ta’ time line bid-dati u x’ġara. Daramanin Demajo qal li kollox beda meta fil-Ġermanja beda jkun investigat ir-referee Robert Hoyzer fejn dan instab ħati li kien jifforma parti minn ċirku ta’ nies li kienu jirranġaw il-logħob.

Ikonferma wkoll li ġew investigati l-players kollha u anke l-uffiċjali li kienu marru n-Norveġja u anke players u nies li ma marrux mal-kontinġent u li setgħu kellhom xi informazzjoni. Meta mistoqsi mill-ġurnalista Sandro Micallef jekk kienx hemm xi player jew uffiċjal li talab għad-dritt li ma jagħtix informazzjoni quddiem il-Prosekutur, NDD wieġeb li ma jafx, għaliex ma qarax ir-rapport finali li tlesta fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu 2012. Meta l-istess Micallef saqsieh kemm damu f’terminu ta’ ħin l-intervitsi mal-players li ħadu forma ta’ investigazzjoni, il-President tal-MFA ma riedx jagħti informazzjoni waqt li deher frustrat b’dawn it-tip ta’ domandi li skond hu huma wisq tekniċi. Pront qabeż Bjorn Vassallo u tenna li kien hemm minnhom li damu siegħa, oħrajn nofs siegħa u oħrajn iktar skond il-bżonn. B’kollox ġew intervistati 23 player b’total ta’ 30 persuna intervistati. Mistoqsi jikkonferma jekk din ix-xhieda ta’ dawn it-30 ruħ ġietx irrekordjata fuq tape, jew ittajpjata bħala forma ta’ minuti l-President tal-MFA ma riedx jagħti dettalji dwar dan għaliex skond huma dettalji rrilevanti.

Darmanin Demajo qal li l-MFA kella fi kliemu l-privileġġ li tkun preżenti għall-investigazzjoni fejn “iltqajna ma’ min kien involut” u permezz ta’ din il-possibilita’ għamilna diversi kuntatti.

Il-Kap Eżekuttiv Bjorn Vassallo tkellem u qal li qatt ma ħargu l-ismijiet tal-players għall-fatt li fil-bidu tal-investigazzjoniet, l-ismijiet li ħarġu fil-bidu ma kienux parti mis-suspettati. Vassallo qal li mnalla ma ħarġux l-ismijiet jew dak il-famuż isem li ssemma fid-dokument tal-prosekuzzjoni għaliex skond hu rriżulta li l-Pulizija Ġermaniża ħadet xi żbalji fl-investigazzjonijiet tagħha. Dawn l-iżbalji skond l-MFA ġew irranġati biss grazzi għall-Photo verification.

Fit-tmiem id-diskors tiegħu Norman Darmanin Demajo qal li jinsab fiduċjuz li l-każ li issa ingħata lill-Uefa se jissolva u m’eskludiex fl-istess ħin li l-każ jisfuma fix-xejn. Pero’ fl-istess nifs qal “Il-provi huma overwhelming u allura naħseb li l-Uefa se tasal għal kunklużjonijiet fundati”

Meta mistoqsi jekk jaħsibx li dawn il-players maltin humiex qed jiġu vantaġġati personalment u anke vantaġġat il-Club li bħalissa qed jilgħabu miegħu minħabba li ma ġewx sospiżi, Darmanin Demajo għażel li jaħrab mid-domanda u jtenni l-MFA imxiet b’għaqal kbir f’dan il-każ. Ippressat sabiex jgħid jekk l-MFA ħolqitx preċedent meta fil-passat taħt il-Presidenzi tal-Avukati JoJo Mifsud Bonnici, George Abela u Joe Mifsud f’sittwazzjonijiet simili il-players ġew sospożi immedjatment, Darmanin Demajo qal li le ma ħoloqx preċedent minħabba li ma kien hemm provi biżejjed. Wara xi minuti Darmanin Demajo ikkontradixxa lili nnifsu  meta qal li hemm ħafna provi billi uża l-frażi “overwhelming evidence”.

Il-prosekutur għall-MFA f’dan il-każ kien Dott. Adrian Camilleri li kien preżenti wkoll għal din il-konferenza stampa. Dan is-sit www.sportinmalta.com permezz ta’ Sandro Micallef saqsa lill-panel jekk jistax isaqsi domanda lill-Dott Adrian Camilleri imma t-talba tiegħu kienet respinta minn Darmanin Demajo billi rrisponda “Le hawn id-domandi jsiru lili”, il-problemja kienet li l-President tal-MFA ma kienx kapaċi jirispondi d-domandi kollha meta ppressat mill-media u meta rrisponda ma kienx konkret u konsistenti fit-tweġibiet tiegħu.

Il-ġurnalista tat-Times Kevin Azzopardi saqsa jekk dan il-każ jistax jitfa’ dawl ta’ korruzzjoni fuq logħbiet oħra rranġati fil-passat u dan ġie kkonfermat minn NDD fejn ikkonferma li iva d-dubji issa jibdew jidħlu sew.

F’din il-konferenza stampa ħareġet biċ-ċar id-djufija ta’ din l-amministrazzjoni l-iktar Darmanin Demajo li f’ċirkostanzi meta mitlub jgħid ir-raġuni għaliex qatt ma ħarġu l-ismijiet tal-players maltin filli jgħid għaliex ma kienx hemm provi biżejjed u fl-istess nifs jgħid lil-MFA, il-Pulizija u issa l-UEFA għanda “overwhelming evidence”.

Ta min isemmi li l-konferenza stampa bdiet b’introduzzjoni tal-Communications and Branding officer tal-MFA Mark Attard fejn informa lil media preżenti li kienu se jitħallew isaqsu domanda waħda biss. Stwazzjoni li tranġat wara l-ewwel intervent ta’ Darmanin Demajo li kordjalment u b’mod professjonali ma żammx ma din ir-restrizzjoni u ħalla l-ġurnalisti jagħmlu domandi kemm iridu.

Agħti l-opinjoni tiegħek billi tħalli kumment taħt dan l-artiklu.





13 Comments

  1. Mark Naudi says:

    Kollha professuri intom, halluhom jahdmu . Mela hsibtu li ma jafux x qed jaghmlu. Kulhadd lest biex jitfa t-tajn. Tghid mhux se johorgu l-ismijiet biex itellfu l-investigazzjoni. 

    [Reply]

  2. Bugeja says:

    Donnom qed jibzaw jizvelaw xi isem……qed jiproteguwhom wisq!!!! nahseb biex isegwi il futbol jew iblah trid tkun jew kortott wara li tara pastazata bhal din u qed jiprovaw jattu.

    [Reply]

  3. Bugeja says:

    U Moru u haluna Nispica nghid li biex tibqa thobb il futbol jew tkun iblah jew korrot!!! Ha tibqu tiprtegu l-ismijiet mela tibzu li jinkixfu affarjiet ohra?

    [Reply]

  4. vfc for ever says:

    Nispera li dan mux xi kaz li uma biss spekulazjonijit. jien nahseb anke fil-kampjonat malti MFA trid tibda tivestiga. vera sfortunati de de u bjorn vassallo li sabu dan il-kaz ma wiccom imma ma mxejwx tajjeb qed ihallu lok al ispekulazjoni

    [Reply]

  5. thomas says:

    L anqas taht mintoff u z zero ma konna li gurnalisti jamlu domanda wahda. dawn x affarijiet huma ? ghqda tal media ta malta u press club pls take note and action asap

    [Reply]

  6. ballun malti says:

    Jin nahseb li l MFA ma tissospendiex il players minhabba li dawn huma ma clubs li huma premier u li vvutaw lid dede fil passat  . kaz ta hokkli dari ha nhokk tieghek. gharukaza fuq mfa u min hu parti mill ezekutiv

    [Reply]

  7. paul attard says:

    Poor show again by mfa. another fail result to corruption in maltese football. 

    [Reply]

  8. P Bugeja says:

    Mela meta kien hemm il-Birgu u Marsaxlokk akkuzati b’korruzzjoni l-ismijiet ixxandru mill-ewwel (kif kellu jsir). Imma issa li mid-dehra hemm xi ras kbira mdahhla ta xi club ewlieni, dawn jinzammu mistura.

    Waqt il-kaz ta Marsaxlokk kemm kien jikteb Mark Attard dwar li MXlokk jigu relegati. Ara illum li qijed parti mill MFA li, kif qed jghid sew Sandro, hija dghajfa, ma tkellem xejn.

    Vera qedin sew!!!

    [Reply]

    seqer Reply:

    araw ->  http://www.illum.com.mt/2009/05/17/sport2.html u tkunu tafu kif certu gurnalisti jibdlu l veduti taghhom skond l id li tkun qed ittihom x jieklu.

    [Reply]

    Gahan Reply:

    Jien ghalija Mark Attard ghandu 2 ghazliet. Jew jirrezenja jew inkella jirraguna kif kien jirraguna meta kiteb dan l-Artiklu. Il bqija iggudikaw intom

    [Reply]

  9. peter cefai says:

    Is-soltu Sandro, spekulazzjoni biss u tmaqdir. Li kien ghalik diga’ sallabthom minghajr provi.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Iva nsallbu lil-dawk li qed jitnejku bik l-ewwel wiehed – sandro micallef

    [Reply]

  10. P Sant says:

    Sandro, suggeriment zghir. Ippressa sabiex ikunu min ikunu dawn il-players, ladarba tohrog il-verita’ jittiehdulhom l-unuri personali li rebhu tul il-karriera taghhom. Ghax id-dixxiplina li se tinghatalhom mhux se teffettwahom – probabli min huma resqu lejn tmiem il-karriera wara das-snin kollha!!

    [Reply]

Leave a comment