Il-Programm Talent & Mentor 2017-2018 jitnieda b’Seminar f’Cologne, il-Ġermanja

Sunday, August 13, 2017, 12:00

MID-29 TA’ LULJU SAT-02 TA’ AWWISSU 2017

Għall-ewwel darba, dan it-Talent & Mentor Programme ta’ kull sentejn ġie inawgurat barra minn xtutna f’seminar f’Cologne, il-Ġermanja.

Is-Sibt, id-29 ta’ Lulju grupp ta’ 15-il referee u assistenti referees, u 6 amministraturi, ħallew Malta lejn Dusseldorf fi triqithom għad-destinazzjoni finali ta’ Sportschule Hennef Sports Complex fejn id-Diretturi tar-Refereeing Kevin Azzopardi u l-Ġermaniż Ivan Mrkalj nidew is-seminar; wara Kevin Azzopardi ipproġetta l-ewwel preżentazzjoni It’s a matter of attitude segwita minn sessjoni prattika mmexxija minn Andrè Arciola’s dwar Concentration and Awareness.

Fil-ġranet li segwew Marco Borg mexxa video test ta’ sitwazzjonijiet minn logħbiet u spjega t-tweġibiet għalihom; kien organizzat tour f’Cologne Stadium; sessjoni ta’ team-building saret f’Kletterwald Hennef; saret żjara f’Sportschule Hennef; filwat li lejla minnhom l-ikla kienet segwita b’mixja madwar il-belt ta’ Cologne.

Ivan Mrkalj iddiskuta s-suġġett Types of player – how to deal with them? ; Dr. Jan F. Orth tkellem dwar German Football and the Referee System; filwaqt li Alexander Feuerherdt ittratta Curiosities of the laws and rules.

Training sessions ta’ kmieni filgħodu tmexxew minn Adrian Azzopardi.

Żewġ partiti ġew programmati l-Ħadd it-30 ta’ Lulju u osservati minn referee coaches Germaniżi, kif ġej: FC Pesch – VFB Solingen 4-0 (Daniel Portelli – referee, Ivan Galea u Robert Curtis) u SpVg Flittard – GW Brauweiler 5-3 (Shaun Calleja – referee, Duncan Spencer u William Zerafa).

Kevin Azzopardi u Adrian Azzopardi mexxew testijiet relatati mal-lingwa Ingliża;  Roberto Buontempo indirizza Management & Body Language; u Stephen Mallia iddiskuta Match Analysis bil-parteċipazzjoni tar-referee observers.

Is-seminar ġie konkluż b’kelmtejn minn Kevin Azzopardi Ivan Mrkalj dwar l-andament u l-esperjenzi ta’ matulu.





Leave a comment