Il-plejers tal-isnooker jirtriraw mill-Kampjonat Ewropew

Thursday, March 12, 2020, 15:03

Il-Malta Billiards & Snooker Association, b’sens ta’ responsabbiltà u ħarsien tas-saħħa tal-plejers, qiegħda tirtira l-plejers kollha li kellhom jipparteċipaw fil-Kampjonati Ewropej tal-isnooker li għaddejjin bħalissa fil-Portugall, minħabba is-sitwazzjoni li hawn madwar id-dinja marbuta mal-COVID 19.

Fl-istess ħin l-MBSA tixtieq tavża li sakemm joħroġ avviż ieħor, l-Akkademja tal-isnooker fil-Ħamrun sa tkun magħluqa.





Leave a comment