Il-plejers Maltin fil-Kampjonat Ewropew tal-Isnooker fis-Serbja

Thursday, June 6, 2019, 7:47
Il-plejers Maltin li qed jippertecipaw fil-Kampjonat Ewropew tal-Isnooker li qed isir f’Belgrade, fis-Serbja, kisbu dawn ir-riżultati:
Fil kategorija tal Masters:
Simon Zammit għeleb lil Gary Kinnear (Skozja) 3-0, għeleb lil Holger Marth (Germanja ) 3-1, pero tilef kontra Kristjan Helgason (Islanda) 2-3.
Tony Drago għeleb lil Ebrahim Baghi (Awstria) 3-1 u għeleb lil Sami Kartunen ( Finlandja) 3-2.
Ivan Attard għeleb lil Gradmir Tripkovic (Serbja) 3-0 u għeleb lil Marius Sikorski (Polonja) 3-0.
Arthur Cachia tilef kontra Miro Popovic (Germanja) 2-3 pero rebaħ kontra Rene Hemelsoet (Belgju) 3-0.
Frans Abdilla għeleb lil jiri Stehlik (Rep.Ceka) 3-0 pero tilef kontra Jurgen Van Roy (Belgju ) 1-3.
Fil kategorija tat-timijiet ( Masters)
Ivan Attard/ Arthur Cachia għelbu lit-tim ta Finlandja 2 , bil punteġġ ta’ 4-1.
Ta’ min isemmi wkoll li, is-Sur Kevin Vella ikkwalifika b’suċċess bħala kowċ tal-isnooker wara kors tal-kowċing li sar ftit tal-ġranet ilu fis-Serbja, organizzat mill-WPBSA flimkien  mal-EBSA. Dan il-kors li kien imexxi minn PJ Nolan li jidher fir-ritratt.




Leave a comment