Il-PL Standing Committee b’reazzjoni dwar id-diskors ta’ Farrugia fil-Parlament

Saturday, June 11, 2011, 18:30

Din l-istqarrija intbgħatet lill-media lokali iffirmata minn Victor Cassar Segretarju tal-Premier League Clubs Standing Committee wara d-diskors fuq betting illegeali li sar mit-Tabid Jean Pierre Farrugia fil-Parlament.

Permezz ta’ din l-istqarrija konġunta, il-Presidenti kollha tal-klabbs illi jipparteċipaw fil-Premier League qegħdin bl-aktar mod kategoriku jiċhdu l-allegazzjonijiet illi saru mill-Onor. Jean Pierre Farrugia, illi waqt seduta Parlamentari tat-8 ta’ Ġunju, 2011 allega illi Presidenti tal-klabbs tal-BOV Premier League kienu qegħdin jimmanipolaw riżultati tal-partiti kompetittivi tal-klabbs tagħhom sabiex jirbħu imħatri fuq dawn il-logħbiet bl-iskop illi jiġġeneraw introjtu għall-klabbs tagħhom. 

Il-Presidenti tal-klabbs tal-BOV Premier League itennu li huma jagħtu l-ħin u l-enerġija kollha tagħhom sabiex ikollhom klabbs amministrattivament u finanzjarjament b’saħħithom u jiddispjaċihom ħafna illi Deputat fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż jagħmel dan it-tip ta’ allegazzjonijiet mingħajr ma jissustanzja dak li huwa qiegħed jallega biex b’hekk kull ma jkun qiegħed jagħmel huwa li jkun qiegħed jagħti perċezzjoni skorretta lil pubbliku sportiv Malti għad-detriment tal-istess klabbs.
 
L-istess Presidenti qeghdin minn hawn iħġġu lill-Onor. Jean Pierre Farrugia sabiex jekk hu għandu xi informazzjoni biex isostni l-allegazzjoni tiegħu, jirreferi l-każ lill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi assigurata t-trasparenza fl-għola kampjonat domestiku.


Hawn taħt tista’ tara r-rapport tad-diskors ta’ Dr. Farrugia. Għadu mhux magħruf jekk Farrugia (li jikkontesta l-elezzjonijiet Ġenerali mal-Partit Nazzjonalista fuq l-Ewwel Distrett) jekk hux se jqajjem ksur ta’ Privileġġ kif ġieli sar fil-passat qudiem l-Ispeaker tal-Kamra bl-argument li hu għandu l-immunita’ Parlamentari u stqarrijiet bħal dawn u ta’ Victor Sciriha fil-programm MFA live qed ifixxkluħ mill-fakulta ħielsa tax-xogħol Parlamentari tiegħu.

http://www.sportinmalta.com/presidenti-tal-futbol-idahhlu-l-flus-minn-imhatri-illegali/

Botta u risposta bejn Dr. Jean Pierre Farrugia u l-Presidenti tal-Premier

Botta u risposta bejn Dr. Jean Pierre Farrugia u l-Presidenti tal-Premier





5 Comments

  1. Jean Pierre Farrugia says:

    Atalanta-Piacenza – 21 Marzo 2011 Serie B- Santoni scambia sms con Gianfranco Parlato sulle modalità dell’accordo:
    SANTONI: “Se ci fosse anche il portiere si potrebbe chiedere di fare più di tre gol”.
    PARLATO: “Dovrebbero essere 4 sicuri sicuri e con il numero uno. Se pensi si possa chiedere qualcosa di più vedi tu”.
    SANTONI: “Difficile perché dopo domenica si sono un po’ risentiti. Poi si fanno sempre un 15 a testa che non è male”.
    PARLATO: “Va bene così, tranquillo, anche perché è un prezzo giusto, dai poi si esagera”.
    http://www.gazzetta.it/Calcio/Primo_Piano-calcio-infetto-2011/gli-sms-doni-cris-saluta-ger-siamo-posto-801569652835.shtml

    Look at what happened eventually: http://www.youtube.com/watch?v=ke5cZIJElOY

    [Reply]

  2. clinton (belt biss) says:

    bengel min hemm u ghaweg min hawn insomma…………………..

    ha najdlek wahda jean pierre ahna min joqros il pres taghna jew lil club taghna memx politika ax l ewwel VALLETTA it tieni VALLETTA u li jibqa jekk jibqa IL FAMILJA. isa nasal ghal punt tijak bli qadt inti missek mort dirett ghand il pulizija u mhux titfa it tajn umbat tispicca tajd ghax l italia hekk u l italia hekk AHNA MALTA NEJXU TA jien kelli stima kbira lejk ghalkhemm int mil moffa land ima bil mod li pruvajt tpingi qed nahsiba bis serjeta.
    ax najdhuwa kif inhi jekk ikolok tamel 1+1 alla taghna victor scriha hu l iktar president bsahtu u ghalekk ridt jirispondi mil ewwel ghad diskors tijak.
    isa ghamel favur lil pajizek u lil football malti jekk taf bxi haga mandekx bod ad depot :-) u ibqa sejer rih . grazzi supporter tal valletta min dejjem u ghal dejjem

    [Reply]

    Jean-Pierre Farrugia Reply:

    Li ghedt jien jista’ jisimghu kulhadd mis-site tal-Parlament – indirizz taht. Jien ma semmejt lil hadd imma jekk tahseb li bl-imhatri llegali qatt se jinqabad xi hadd. Semmejt l-Italja ghax bil-Lottomatica, totocalcio ecc – kollha legali – mill-ewwel jibdew jixghelu l-bozoz homor.

    Min mghandux x’jahbi mghandux ghalfejn jinkwieta li jkollna kumpanija li torganizza l-imhatri legali. Jien minix midhla tal-MFA imma l-fatt li l-President habbar li kien gie imwissi minn kumpanija barranija esperta fi Frar jikkonferma biss dak li kont qed nifhem jien – u li tkellimt dwaru fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz b’rispett lejn il-passjoni li ghandhom ghall-football l-eluf ta’ kostitwenti tieghi mill-Ewwel Distrett, izommu ma’ min izommu mhux importanti.

    Habib ilni nsegwi l-football mindu kelli 7 snin – 42 sena. Ma nafx ma naghtix kaz. imma serrah mohhok l-MFA qieghda f’idejn sodi.

    [Reply]

  3. Jean Pierre Farrugia says:

    Fl-intervent li ghamilt nhar l-Erbgha fil-Parlament dwar l-Att dwar il-Loghob u l-Att dwar Lotteriji u Loghob Iehor, dhalt fid-dettall fil-kazijiet tal- Calcio Scommesse li hemm bhalissa fl-Italja u pproponejt li jigu incentivati kumpaniji legali tal-loghob dwar il-futbol lokali sabiex l-awditjar li jibda jkun hemm ikun jista’ jintuza fi stharrig kontra l-frodi. Irreferejt ukoll ghall- fatt li l-Pulizija ma thossx il-htiega li ma jistax ikompli jibqa’ anonimu min ikollu servizz ta’ telefonija cellulari f’pajjizna. Malli lestejt kompla mieghi L-Onor Joe Debono Grech f’isem l-Oppozizzjoni Laburista.

    Ma stajtx ma nirreferix ghall-allegazzjonijiet dwar il-loghba tat-tim nazzjonali kontra n-Norvegja fl-2007 izda fil-Parlament jiena minbarra li fahhart il-Presidenti tal-klabbs ghall-hiliet manigerjali u s-sostenn finanzjarju, fraht lil Valletta FC u Floriana FC ghall-unuri li rebhu dan l-istagun. Dan kont ga ghamiltu fl-10 ta’ Mejju meta kont mistieden flimkien mad-deputati l-ohra tad-distrett ghal riceviment ufficjali tal-Valletta FC u wara meta ktibt ufficjalment biex nifrah lil Floriana FC, it-tim tas-subborg fejn trabbejt, li l-passat glorjuz tieghu gie mghattan meta sena u nofs ilu zewg ex-presidenti habrieka kienu gew imharrka u nstabu hatja wara li tnaqqset is-sentenza ta’ habs ta’ traffikant tad-droga. Minnufih faqqghet kontroversja wara li l-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja harget b’kodici ta’ etika li jzomm il-Gudikatura milli tippartecipa f’ghaqdiet sportivi.

    Madankollu jitkellmu wahedhom l-allegazzjonijiet ta’ tixhim li ghamlu l-presidenti tal-klabbs fuq imsemmija li tant huma ghal qalb il-kostitwenti tieghi (The Times 26 ta’ Mejju).

    Bhala deputat tad-Distrett konxju li l-kostitwenza jixirqilha l-assigurazzjoni li l-gustizzja mhux biss trid issir izda trid tidher li qed issir.

    Bhala partitarju tal-Juventus naf xi tfisser tkun hlejt tant hin issegwi t-tim tieghek biex wara kollox, ikun irrizulta li ma kien sewa ghal xejn.

    Fuq kollox, bhala missier tassew imhasseb li zghazagh innocenti jsibu rwiehhom f’xibka ta’ korruzzjoni.

    [Reply]

  4. Jean Pierre Farrugia says:

    ara x’ghidt ezattament permezz ta’ audio file li tista’ tnizzel mill-pagna http://gov.mt/frame.asp?l=1&url=http%3A%2F%2Fwww.parliament.gov.mt billi :
    1. taht select type of record taghzel debates
    2. taht eleventh legislature taghzel sitting 360
    3. id-diskors tieghi(20 minuta)u tal-Onor Debono Grech ezatt warajja qieghed minn 1 hour 58 min lil hemm

    [Reply]

Leave a comment