Il-Pitch tal-waterpolo ta’ Birzebbugia f’kontroversja politika

Saturday, January 26, 2013, 11:22

 

Il-Pitch tal-waterpolo ta’ Birzebbugia spiċċa f’kontroversja hekk kif il-Gvern ġie attakkat u kkritikat mill-kap tal-Oppozizzjoni Joseh Muscat talli il-proġett tal-pitch tal-waterpolo ta’ Birzebbugia baqaċ ma sarx.

Fi żjara waqt il-kampanja elettorali ħdejn dan il-pitch, Dr Muscat qal li dan il-proġerr  ilu mwieghed aktar minn għaxar snin

Dr Muscat qal li gvern Laburista se jkun qed jerġa jagħti lura post ta’ rikrezzjoni lin-nies ta’ din il-lokalita’ bħala kumpens lir-residenti ta’ Birzebbugia li ilhom snin ibaghtu minħabba nuqqasijiet u proġetti oħra infrastrutturali fl-inħawi.

Hu qal li l-gvern kien wiegħed li jagħmel pitch tal-waterpolo u grawnd tal-futbol, iżda minkejja li t-tender għall-pitch ħareġ f’April tas-sena li għaddiet għadu f’sitwazzjoni ħazina.

Muscat wiegħed li gvern laburista se jkun qed jaħdem fuqu mill-aktar fis possibli.

B’reazzjoni għal dan il-Gvern permezz ta’ stqaarija mill-Ministeru ta’ George Pullicino qal li Dott. Muscat għażel li jwiegħed dak li diġà qed jagħmel il-Gvern Nazzjonalista għal ġid tar-residenti ta’ Birżebbuġa.

L-istqarrija tgħid li fir-rigward tal-pitch tal-Waterpolo, wara li l-Club kiseb il-permessi neċessarji mill-MEPA, l-Gvern ħareġ it-tender f’April 2012. Wara li f’Awwissu 2012 inħareġ ir-riżultat, kien hemm żewġ appelli fuq xulxin fuq dan il-każ li wasslu biex fit-30 ta’ Jannar 2013 se tisejjaħ laqgħa oħra tal-Public Contract Review Board biex tittieħed deċiżjoni dwar min se jingħata x-xogħol biex iwettaq dan il-proġett. Il-Gvern diġà kkommetta maż-żewġ miljun Ewro biex jitwettaq dan il-proġett.

Fir-rigward tal-ground tal-football il-Gvern diġà kkommetta mal-€1.3 miljun mifruxin fuq 3 snin biex sal-2016 jitwettaq il-proġett tal-ground tal-football f’Birżebuġa. Dan wara li fit-8 ta’ Novembru 2012 inħarġu l-permessi neċessarji mil-MEPA, lieam proċess kien beda f’Jannar 2012. It-tender se jkun qed jinħareġ mid-Dipartiment għall-Kuntratti fil-ġranet li ġejjin.

Il-Ministeru kompla jispjega li l-Gvern qed jaħdem fuq dawn il-proġetti biex ġaladarba il-proċessi neċessarji jitlestew, isiru mill-aktar fis possibbli. Muscat għal darb’oħra ngħeleb mill-opportuniżmu politiku u wiegħed dak li Gvern Nazzjonalista qed iwettaq bil-fatti. Muscat għandu jgħid jekk hu jimxix mal-proċeduri trasparenti u stabbiliti fl-għoti tal-kuntratti qabel ma jinbeda l-proġett.

 





2 Comments

  1. Rahal says:

    its ” Birzebbuga” not Birzebbugia ! 

    [Reply]

  2. waterpolo youth says:

    more pitches means more youths which means more future clubs i see a birght future ahead

    [Reply]

Leave a comment