Il-PDSC iddiżappuntata b’kummenti riċenti

Thursday, November 17, 2016, 21:07

B’riferenza għal dak li seħħ fil-Kunsill tal-MFA ilbieraħ, 7 ta’ Settembru 2016, il-Premier Division Standing Committee (PDSC) juri d-dizappunt tiegħu għall-kummenti li ntqalu fid- direzzjoni ta’ numru ta’ uffiċjali fi ħdanu.

Il-PDSC ma jista jaccetta qatt li jintqalu kummenti bhal “intom toqgħodu fejn ngħidulkom”, b’ton ta’ nuqqas ta’ rispett mill-President tal-MFA li qiegħed f’dik l-posizzjoni biex isservi lil clubs u mhux bil-kontra. Aktar minn hekk, Il-PDSC jikkundanna l-aġir tal-President tal-MFA li ma ħalliex rappreżentanti ta’ klabbs tal-Premier jieħdu sehem fil-laqgħa tal-bieraħ u offrielhom biss żewġ alternattivi: jew ipoġġu fejn riedhom hu inkella jitilqu ‘l barra.

Il-PDSC jieħu l-okkażjoni biex jispjega r-raġunijiet għaliex ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal- President tal-MFA, jew ta’ xi struttura oħra tal-MFA, li tiddaħħal proċedura ġdida dwar fejn u kif għandhom ipoġġu r-rapppreżentanti tal-klabbs waqt il-laqgħat tal-MFA.

Din il-proċedura ġdida ddaħħlet fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-MFA mingħajr konsultazzjoni mal-klabbs u lbierah kien stabbilit li din iddaħħlet propju minħabba r-rappreżentanti tal-klabbs tal-Premier. Kien propju l-President tal-MFA li ddikjara li din is-sistema l-ġdida kienet iddaħħlet minħabba li, skont kif hu inġustament allega, rappreżentanti tal-klabbs tal-Premier kienu qed joqgħodu ħdejn xulxin waqt il-laqgħat u joħolqu forma ta’ ‘każin’.

Il-PDSC jsostni li l-uffiċjali ta’ kla bbs tal-Premier kienu jpoġġu ħdejn xulxin waqt il-laqgħat tal-Kunsill tal-MFA propju minħabba l-esiġenza li tista’ tinqala waqt laqgħat tal-Kunsill tal- MFA fejn ir-rappreżentanti tal-klabbs tal-Premier ikunu jridu jikkonsultaw bejniethom propju dwar dak li jkun qed jiġi diskuss, u dana minhabba li kull darba jitressqu materji għad-decizjoni mingħajr avviz qabel il-laqgħa. Hi allegazzjoni infondata li l-laqgħat tal-Kunsill kienu qed jiġu ridotti f”każin’, aktar u aktar meta dawn kienu taħt il-kontroll tal-istess President tal-MFA. Hu fatt stabbilit li l-Membri tal-Kunsill tal-klabbs tal-Premier huma fost l-aktar li jipparteċipaw fid-diskussjoni fil-Kunsill tal-MFA.

Il-PDSC jrid jirriafferma l-impenn qawwi tiegħu li jibqa’ jaħdem għall-ġid tal-futbol Malti u tal-Premier Division, li skont l-istess MFA hu l-vetrina tal-futbol Malti. Għalhekk, il-PDSC hu dispost – kif dejjem kien – li jiddiskuti mal-uffiċjali tal-MFA kull proposta konkreta li t- tmexxija tal-MFA tħoss li hi valida biex ikompli jitjieb il-futboll Malti.

Min-naħa tiegħu, l-PDSC qed iħejji numru ta’ proposti dwar riformi meħtieġa biex il-livell tal- futbol Malti jkompli jitjieb u biex ikunu attirati iktar spettaturi lejn il-logħob tal-kampjonat.

Din l-istqarrija giet maqbula b’mod unanimu mir-rapprezentanti tal-klabbs kollha li jiffurmaw l-kampjonat Premier 2016-17





Leave a comment