L-ex Scerri isalva lill-Beltin

Friday, September 17, 2010, 20:41

minn Catherine Micallef.

Riżultat Finali : Hibernians 2- Valletta 2

Il-Ġimgħa 17 ta’  Settembru 2010 rat l-enclosure tal-istadium nazzjonali  ta’ Ta’ Qali ppakkjat hekk kif fis-7.30pm iltaqgħu r-rivali Valletta FC u Hibernians FC. Tista’ tgħid li kienet waħda mill-ewwel fixtures li ġibdet ħafna familji lejn ta’ Qali bil-kuluri iswed, abjad u aħmar jispikkaw fost l-oħrajn.

Il-partita kienet ikkontrollata mir-referee Clayton Pisani  bl-assistenti tiegħu jkunu Konrad Borg, William Debattista u Adrian Azzopardi bħala r-raba’ uffiċjal. Fis-6 minuta, ir-referee Pisani wera l-ewwel karta s-safra fuq simulazzjoni  lill-player ta’ Hibernians Edward Herrera hekk kif dan waqa’ fil-kaxxa. Ħames minuti wara, Valletta kellhom corner, iżda x-xutt ta’ Temile ħabat mal-barriera.

Man-nofs siegħa logħob, ċans kbir għal Hibernians li jiftħu l-iskor permezz ta’ xutt b’saħħtu minn Andrew Cohen iżda li pero sab lill-goalkeeper Hogg jilqa’ tajjeb  fiż-żewġ tentattivi. Tliet minuti wara, l-lasta ta’ Hibernians rat ix-xutt ta’ Denni  Dos Santos għal ftit mhux ġewwa iżda laħaq ippanċja tajjeb l-goalkeeper Mario Muscat. Waqt din l-istess azzjoni, waqt li pprova jikklirja l-ballun, weġġa’ l-ex player ta’ Hibernians Jonathan Caruana li kellu jinħareġ mil-logħob permezz tal-istretcher u ftit minuti  wara l-coach Jesmond Zerafa kellu jwettaq l-ewwel sostituzzjoni sfurzata biex daħal jilgħab il-veteran Gilbert Agius. Ir-referee Pisani wera t-tieni karta s-safra lil Dyson Falzon li ġibed lil Andrew Cohen. Żewġ minuti wara, r-referee Pisani saffar penalty hekk kif il-player barrani ta’ Hibernians Matthew Clarke ġibed lil Terence Scerri fil-kaxxa. Il-Beltin irnexxilhom jiftħu l-iskor fit-43 minuta meta l-ex-player ta’ Tarxien Rainbows,  Denni Dos Santos inkariga ruħu mill-penalty u b’mod konvinċenti għeleb il-lasta ta’ Muscat. Fil-ħin miżjud ta’ 5 minuti,  Hibernians irnexxilhom jġibu l-goal tad-draw minn freekick ta’  Cohen permezz ta’ Matthew Clarke li bir-ras għeleb lil goalkeeper Andrew Hogg. Il-ħin miżjud tal-ewwel taqsima tal-partita kien l-ikar mument interesanti tal-partita hekk kif ftit sekondi qabel saffar ir-referee Pisani, Edward Herrera tefa’  lil Hibernians fil-vantaġġ permezz ta’  ballun li ġie għal darb’oħra minn freekick ta’ Andrew Cohen lejn it-tieni lasta, b’konklużjoni  ta’ Herrera tiġi ppanċjata minn Hogg bil-ballun jerġa’  jiġi f’saqajn Herrera li jitfa’ fir-rokna tax-xibka.

Fit-tieni taqsima, il-Beltin ħarġu kkargati biex idawru r-riżultat hekk kif kienu sfaw megħluba b’riżultat ta’  2-1 fl-ewwel 45 minuta. Ħmistax-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima,  Valletta kienu biċ-ċans li jġibu l-goal tad-draw hekk kif Denni Dos Santos minn quddiem il-lasta falla milli jitfa’  ġewwa. Ftit sekondi wara, tentattiv ieħor lejn il-lasta ta’  Hibernians hekk  kif Gilbert Agius jagħti pass lejn Terence Scerri li jagħmel l-impossibli iżda jsib idejn il-goalkeeper Mario Muscat jilqgħu tajjeb minn quddiem il-lasta. Fit-62 minuta, il-coach Zerafa jwettaq it-tieni sostituzzjoni għal Valletta hekk kif jidħol jilgħab Ian Zammit li jissostitwixxi lil Dyson Falzon.

Sbatax-il minuta minn tmiem id-90 minuta, il-coach Zerafa jieħu riskju u jagħmel l-aħħar sostituzzjoni għat-tim ta’ Valletta FC hekk kif jidħol jilgħab Kevin Sammut minflok il-barrani Denni Dos Santos. Sa dan il-ħin ma kienet saret l-ebda sostituzzjoni mill-kowċ ta’ Hibernians Mark Miller. Fit-80 minuta, fuq corner ta’ Kevin Sammut, Valletta jġibu l-goal tad-draw permezz ta’  Terrence Scerri li bir-ras jirnexxilu jitfa’ ġewwa fil-lasta ta’  Muscat.

Ftit minuti qabel tmiem il-partita, il-coach ta’ Hibernians Miller, iwettaq it-tliet sostituzzjonijiet għat-tim tal-Pawlisti hekk kif jidħol jilgħab Matthew Tabone minflok Edward Herrera fl-84 minuta,  Jonathan Pearson minflok Adrian Pulis fid-89 minuta u Warren Chircop minflok Paul Mc Manus fil-ħin miżjud.

Partita li spiċċat b’riżultat ġust – dak ta’ 2-2 u b’hekk iż-żewġ settijiet ta’ partitarji setgħu jmorru kuntenti lura lejn darhom b’punt kull wieħed għat-tim favorit tagħhom.

 

BOV Player tal-Partita: Edward Herrera

Skorers: D. Dos Santos (43”), M.Clarke (47”), E.Herrera (49”), T.Scerri (80”)

Karti Sofor: E.Herrera (H); M.Clarke (H); D.Falzon (V); Z.Levnaic (H)

Hibernians FC: M.Muscat, R. Camilleri, E. Herrera, A.Pulis, A. Xuereb, M.Clarke, z.Levnaic, A. Cohen, R.Hart, T.Caruana,P.McManus

Sostituti: D.Balzan, M.Tabone (84”), M.Gauci, M.Hammett, Y.Cauchi, J.Pearson (89”), W.Chircop (91”)

Valletta FC: A.Hogg, S.Borg, J.Caruana, I.Azzopardi, R. Dos Santos, R. Briffa, J.Pace, O. Temile, D.Falzon, D.Dos Santos, T. Scerri

Sostituti: N.Vella, K.Sammut 73”), I.Zammit (62”), G.Agius (39”), K.Magro,E.Agius,  J. Okonkwo

 





6 Comments

  1. shaun says:

    dawk il-flus li hargu tal-monopoly.

    [Reply]

  2. Brian says:

    Pastazata kbira mill-MFA!!

    Il-bibien kollha tal-ground gew maghluqa waqt il-loghba tal-bierah, bil-konsegwenza li tlajt Ta’ Qali ghal xejn.

    Dan x’ragunar hu?? Igifieri jekk ma nlahhaqx nara l-loghba mill-bidu u nitla tard, m’ghandiex dritt nidhol??

    Gurnalisti pls qajmu dan il-punt.

    [Reply]

  3. rt says:

    Tajba Jesmond…………….ha tihdu league ukoll

    [Reply]

  4. Supporter Belti says:

    Kuragg Whites ghal-loghob li jmiss. Xorta nemmen li konna ahjar minnhom. Daqxejn disattenzzjoni fit-tieni gowl tal-Hibs. Nahseb li Kevin Sammut seta beda mil-bidunett fil-loghba.

    [Reply]

  5. Cassar says:

    smajtna mario ?

    [Reply]

  6. Antoine borg says:

    forza city

    [Reply]

Leave a comment