Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Alex Vella

Thursday, July 27, 2017, 19:21

 

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tal-ġurnalist sportiv Alex Vella li miet fl-età ta’ 75 sena.

Alex Vella jibqa’ mfakkar għall-ħidma vasta tiegħu fir-rappurtaġġ ta’ diversi partiti tal-futbol u l-waterpolo kif ukoll għall-ħidma tiegħu fil-Malta Football Association.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-familja Vella f’dan il-mument diffiċli.

 

David Agius

Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadin u d-Djalogu Soċjali

Karl Gouder

Kelliem għall-Kultura u l-Media

27.07.17​





Leave a comment