Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-atleti Maltin fil-body building u d-darts

Tuesday, September 27, 2016, 9:47

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Luke Debono u lil Norbert Attard għas-suċċess li kisbu f’kompetizzjonijiet Ewropej barra minn pajjiżna.

Luke Debono ħa sehem fil-kampjonat Arnold Classic Europe f’Barċellona fi Spanja, u sar l-ewwel bodybuilder Malti li rebaħ il-Kampjonati Ewropej filkategorija Super Heavyweight ta’ aktar minn 100 kilogramm.

Norbert Attard kiseb l-aqwa riżultat għal Malta f’Kampjonat Ewropew tad- Darts meta rebaħ il-medalja tal-bronż fil-kompetizzjoni tas-singles tad- Darts.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li pajjiżna konkretament għandu jkompli jinvesti bis-serjeta fl-isport u fl-isportivi, l-kowċis u l-klabbs Maltin u Għawdxin, u dan billi jiżdied l-budget għall-isport. Hemm bżonn li lkoll flimkien naħdmu biex insaħħu l-kultura sportiva f’pajjiżna, fejn aktar sportivi jkunu jistgħu jirnexxu, biex is-soċjetà tagħna tkun waħda aktar b’saħħitha.





Leave a comment