Il-Partit Nazzjonalista jawgura lit-tim nazzjonali ta’ Malta tal-Under 21

Saturday, October 22, 2016, 18:00

Riżultati li jagħmlu lil kull Malti u Maltija kburin

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-komunità sportiva kollha b’mod partikolari lit-Team Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena li reġa’ kiseb rebħa oħra fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tas-sena 2017 ta’ din il-kategorija.

Ir-rebħa tal-bieraħ ta’ 3-2 kontra l-Moldova hija konferma kemm ir-riżultati li nksibu iktar qabel f’dan il-grupp ma ġewx b’kumbinazzjoni.

In-numri jitkellmu waħedhom: tliet rebħiet u żewġ draws f’dan il-Grupp tellgħu total ta’ 11-il punt fil-klassifika – rekord assolut f’kompetizzjonijiet tal-UEFA u tal-FIFA li kull Malti u Maltija għandhom ikunu kburin bihom.

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-MFA talli fdat lil dawn iż-żgħażagħ f’idejn group ta’ kowċis Maltin immexxi b’tant dedikazzjoni minn Silvio Vella li mexxa lil dan it-team bl-għajnuna wkoll tal-istaff tekniku kollu Malti ffurmat minn Peter Pullicino, Noel Turner u Simon Agius li flimkien mal-plejers huma wkoll parti minn dan is-suċċess.

L-awguri tal-Partit Nazzjonalista jmorru wkoll lit-tiratur internazzjonali William Chetcuti li rebaħ il-medalja tal-bronż fil-finali tat-Tazza tad-Dinja ISSF f’Ruma l-Italja.

Il-Partit Nazzjonalista jimpenja ruħu li jkompli jsaħħaħ kultura sportiva speċjalment fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.





Leave a comment