‘Il-parteċipazzjoni ta’ ħaddiema fl-isport tkompli tgħin biex ikollna soċjetà sana’.

Friday, June 5, 2015, 10:06

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijeit li saret illum u li fiha ngħata l-aħħar tagħrif qabel l-Malta Employees Sport Association (MESA), b’kontinġent ta’ 43 persuna tħalli pajjiżna sabiex tieħu sehem fil-European Company Sports Games f’Riccione bejn it-3 u s-6 ta’ Ġunju. Is-Segretarju Parlamentari filwaqt li awgura suċċess lill-parteċipanti kollha, aċċenna għaż-żewġ sfidi li kellha u għad għandha l-MESA li huma li d-dixxiplini sportivi prattikati mill-ħaddiema jiżdiedu u li jitnaqqas il-piż finanzjarju minn fuq l-assoċjazzjoni.

Waqt il-konferenza tkellem ukoll il-President tal-MESA Mark Marlow li qal li din hija l-ewwel darba li Malta ħadet sehem b’kontingent daqshekk kbir. Huwa fakkar li l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’dan il-logħob seta’ jseħħ biss wara d-deċiżjon illi l-MESA tingħaqad mal-European Federation for Company Sport (EFCS).

Kien is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni u Team Leader Mario Saliba li ta d-dettalji kollha tal-avveniment. Huwa qal li f’din l-20 edizzjoni mistennija jieħdu sehem 8,000 atleta u Malta se tkun qed tikkompeti f’4 dixxiplini sportivi differenti; il-futbol b’żewġ timijiet, il-badminton, il-bowling u d-darts. Il-kontinġent Malti huwa kompost minn:

Badminton

Edmond Abela, Samuel Cali, Stephen Ferrante, Tiziana Mifsud, Fiorelli Marie Sadowski, Stefan Salomone u Kenneth Vella

Bowling

Charles Galea, Charles Farrugia, Steve Cassar, Aaron Belli, Alfred Pulis u Mario Ellul

Darts

Emanuel Ebejer, Joseph Mangion, Paul Sammut, Albert Scerri, u Gordon Stanmore

Football – 5-a-side

Julian Azzopardi, Sammy Frank Bajada, Julian Briffa, Andrew Cassar, Ryan Grech, Frederick

Tabone, Joseph George Vella, Andrew Xuereb, Ian Zammit, Jeffrey Zammit, Max Zammit

Football – 7-a-side

Pavlos Buhagiar, Alan Cauchi, George Edwards, Carmel Formosa, Oliver Mallia, Mark Marlow,

Tonio Micallef, Kevin Mifsud, Jason Saliba, Mark Sultana, Stefan Sultan u Paul Zammit





Leave a comment