Il-Mostin fil-Libja

Thursday, September 12, 2013, 11:17

minn Stephen Azzopardi

Waqt il-waqfa li kellna fil-kampjonat Premier tal-futbol minħabba l-impenji tat-tim nazzjonali Malti, Mosta FC ħadu sehem f’turnament fil-Libja.  Hemmhekk Mosta lagħbu kontra kien Albaroni Club u Al-Ittihad.  Minn dan it-turnament Mosta ġabu lil Obieda(obie) Elghreaw li din il-ġimgħa se jagħmel il-prova tiegħu fil-futbol Malti. Elghreaw twieled fit-13 ta’ Jannar tal-1993 fl-Ingilterra u jilgħab ma’ Al-Ittihad fil-kampjonat Libjan.

Il-Mostin ġew milqugħin tajjeb ħafna, fejn fost l-oħrajn kellhom laqgħa kordjali mal-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isports  Abdulsalam Abdullah Guaila.  Din is-safra l-plejers servithom bħala esperjenza fil-futbol u ħin ta’ mistrieħ qabel it-tkomplija tal-kampjonat premier.  Mosta jmisshom ma’ Birkirkara, nhar il-Ħadd 15 ta’ Settembru fis-7:15pm fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun.





Leave a comment