Il-Ministru Anton Refalo jiltaqgha mal-Gozo Horse Racing Association

Sunday, August 18, 2013, 11:44

L-Onorevoli Anton Refalo Ministru ghal Ghawdex  iltaqa’ ma’ l-Assocjazzjoni tat-tigrijiet taz-zwiemel li tamministra il-kumpless ta’ Xhajma, fix-Xewkija. Nhar il-Erbgha 13 ta’ Awissu l-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Anton Refalo iltaqa’ mal-Kumitat Amministrattiv tal-Gozo Horse Racing Association fejn kienu diskussi diversi punti pendenti u ohrajn utli hafna sabiex dan l-isports jibqa’ miexi ‘il quddiem. Il-president is-Sur David Apap irringrazzja lill-Onorevoli Ministru f’isem il-kumitat tal-appuntament u tal-impenn muri waqt din il-laqgha. Huwa fatt maghruf li l-kumpless ghandu potenzjal kbir u ta’ min jiehu azzjoni sabiex ikunu miljorati il-facilitajiet li jezistu u ohrajn li jistghu ikunu mizjuda. Kien hemm qbil dwar il-hidma minn hawn ‘il quddiem u li l-Ministeru jipprovdi l-ghajnuna, anke teknika, lill-Assocjazzjoni sabiex jitfasslu pjanijiet konkreti ghall-futur qarib. Fuq l-agenda kien hemm ukoll l-istallazzjoni tat-tinda ghat-telespettaturi li l-finanzjament ghaliha nkiseb mill-fond tal-Kawzi Gusti fix-xhur li ghaddew.

Il-Ministru ghal Ghawdex fahhar ix-xoghol li qed isir mill-Kumitat, ikkonferma s-serjeta’ u irringrazzjah tax-xoghol volontarju li qed iwettaq b’ghaqal kbir.  Il-Ministru sostna l-impenn tieghu illi jkompli jghin lill-Kumitat, kemm finanzjarjament kif ukoll fuq bazi amministriva sabiex jittejbu l-facilitajiet gewwa il-Korsa tax-Xhajma. Il-Ministru Anton Refalo sahaq hafna li ghandha tinghata attenzjoni kbira lid-dilettanti taz-zwiemel Ghawdxin, filwaqt li ghandhom jittiehdu inizjattivi sabiex ikunu attirati dilettanti Maltin u anke barranin, b’ta’ l-ahhar li jista’ jkun ukoll ta’ beneficcu fis-suq turistiku sportiv gewwa Ghawdex.

 





Leave a comment