Il-membri tal-Royal Malta Yacht Club Sailing School kisbu t-tielet post fil-Kampjonati Dinjija Junior tal-RS Feva

Thursday, August 1, 2019, 13:03

Ekwipaġġi mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ingħaqdu ma ‘l fuq minn 200 tim, li jirrappreżentaw 23 pajjiż, fil-Kampjonati Dinjija tal-Klassi RS Feva li saru f’Follonica, l-Italja.

Il-kontinġent tal-Klabb, immexxi mill-Kowċ Ruya Cakmakli, kien irrappreżentat minn Vanja Ramm-Ericsson / Maia Delin, Molly Butler / Maxi Butler u Rosie Durrant / Fien Vlasbom.

Il-kontinġent ħa sehem f’serje ta’ avvenimenti ta’ kwalifikazzjoni li seħħew fuq medda ta’ jumejn. Ir-riżultati miġjuba raw lil parteċipanti mqassmin fil-flotot tad-Deheb, tal-Fidda u tal-Bronż sabiex jikkompetu fis-serje finali. Ramm-Ericsson u Delin u l-aħwa Butler kisbu posthom fil-flotta tal-Fidda, waqt li Durrant u Vlasbom ikkompetew fil-flotta tal-Bronż.

Ramm-Ericsson u Delin, li riċentement ġabu t-trofew tal-Kampjonat Ewropew tal-Juniors tal-RS Feva f’Malta, għal darb’oħra ħallew impatt posittiv fix-xena internazzjonali. Huma kisbu id- 9 post fil-flotta tal-Fidda iżda wkoll kisbu t-tielet post fil-Kampjonati tad-Dinja Junior. Il-Klassi Junior kellha 22 parteċipant.

“Il-Klassi RS Feva qeda tikber fil-popolarità fost l-istudenti tas-Sailing School.  Rajna titjib sostanzjali fil-wirjiet tagħhom kif jidher mir-riżultati miksuba fix-xena internazzjonali” – Ruya Cakmakli, Kowċ, Royal Malta Yacht Club Sailing School.

Sadanittant, Molly u Maxi Butler kisbu is-46 post fil-flotta tal-Fidda, filwaqt li Rosie Durrant u Fien Vlasbom kisbu it-32 post fil-flotta tal-Bronż. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali għal koppja Durrant u Vlasbom.

Il-Komunità tal-Klassi RS Feva qiegħda tikber madwar id-dinja u hi meqjusa bħala l-iktar dinghy double handed  popolari mat-tfal żgħar u hija meqjusa bħala l-ewwel pass lejn il-Klassijiet Olimpiċi bħat-29ers u 49ers.

L-iskola tal-ibburdjar tar-Royal Malta Yacht Club topera f’Ta’ Xbiex u toffri taħriġ tal-ogħla kwalita,  għall-kapaċitajiet kollha. Il-korsijiet jibdew mill-eta ta’ 7 snin ‘il fuq. Għal aktar informazzjoni żuru https://www.rmyc.org/sailing-school  jew ibgħatu email lil sailingschool@rmyc.org.





Leave a comment