- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Media Sportiva llum qed tiċċelebra l-Jum Dinji ddedikat għall-ġurnaliżmu sportiv

Posted By Sportinmalta On July 2, 2018 @ 12:56 pm In Featured,GhGS - 2014 | No Comments

L-AIPS li hi l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media tal-Isport tagħti importanza kbira lil dan il-jum fejn tfakkar lil dawk il-ġurnalisti kollha li ħadmu fil-passat u li għadhom qed jaħdmu għal ġid ta’ din il-professjoni.

L-AIPS kienet twaqqfet fit-2 ta’ Lulju tas-sena 1924 f’Pariġi fi Franza fejn l-ewwel laqgħa kienet saret fuq ring tal-boxing u għalhekk l-Assoċjazzjoni baqgħet għal dawn is-snin kollha ġġorr l-isem bil-Franċiż: Association Internationale de la Presse Sportive.

Għal din l-okkażjoni l-President tal-AIPS it-Taljan Gianni Merlo bagħat messaġġ ta’ solidarjetà u kuraġġ lil-media sportiva madwar id-dinja hekk kif dan qal li qegħdin ngħixu f’era ta’ sfidi kbar biż-żieda tal-popolarità tal-mezzi soċjali u ż-żieda tal-Fake News.

Charles Camenzuli min-naħa tiegħu li hu l-President tal-fergħa Ewropeja tal-AIPS qal li dawn huma żminijiet eċitanti għall-media tal-Isport fi żminijiet ta’ sfidi kbar b’mod partikolari sfidi teknoloġiċi fl-industrija tal-media.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef f’messaġġ fuq Facebook qal li l-membri tal-Media Sportiva Maltija iridu jingħaqdu aktar u jgħinu iżjed lil xulxin billi jissellfu r-riżorsi kollha irrispettivament ma’ liema Media House huma reġistrati. Hu tenna li fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa u din hi l-unika triq sabiex il-media sportiva tibqa’ togħla fil-kwalità u tgħin aktar fl-iżvilupp tal-Isport Malti.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-media-sportiva-llum-qed-ticcelebra-l-jum-dinji-ddedikat-ghall-gurnalizmu-sportiv/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.