Il-Marsin jiccelebraw ir-rebh tar-Regatta Nazzjonali

Friday, September 27, 2013, 18:04

Nhar il-Hadd li gej, 29 ta’ Settembru, il-Marsin kollha sejrin jinghaqdu mal-Kumitat u l-Qaddiefa tal-Klabb tar-Regatta tal-Marsa biex flimkien jiccelebraw bil-kbir ir-rebh ghall-ghaxar darba tax-Shield tar-Regatta Nazzjonali, li saret fil-Port il-Kbir nhar it-8 ta’ Settembru – Jum il-Vitorja.

Ghall-poplu tal-Marsa, din is-sena kienet wahda ferm importanti ghax matulha kienu ccelebrati kif jixraq diversi dati u grajjiet mill-istorja kkulurita li ghadda minnha dan il-poplu hawtiel. Fost ic-celebrazzjonijiet kbar li saru kien hemm it-tifkira tal-ewwel centinarju mit-twaqqif tal-Parrocca Matrici tat-Trinità Qaddisa, kif ukoll dik tar-ritorn tal-istatwa titulari tal-Parrocca Marija Regina wara li giet rrestawrati mill-gdid.

Ghalhekk l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-tigrijiet tar-Regatta Nazzjonali kienu mistennija b’certa herqa, mehud kont ukoll li din kienet ilha ma tintrebah seba’ snin mill-Klabb tal-Marsa. Dawn it-tigrijiet zviluppaw f’taqtigha sportiva mill-aktar eccitanti sakemm l-ahhar tigrija tat meritatament ix-shield lill-qaddiefa Marsin, li ghall-ewwel darba fl-istorja qassmu t-titlu flimkien ma’ dawk tal-Klabb ta’ Bormla.

Ic-celebrazzjonijiet tar-rebh tax-Shield tar-Regatta Nazzjonali ghall-ghaxar darba sejrin isiru mill-Klabb tar-Regatta tal-Marsa nhar il-Hadd, 29 ta’ Settembru. Id-defile jibda fl-10.00a.m. minn tarf ta’ Triq Zerafa. Minn hemm, ic-celebrazzjonijiet ikomplu tul it-toroq principali kollha tal-Marsa. Kif mistenni, f’dawn ic-celebrazzjonijiet il-protagonisti sejrin ikunu l-qaddiefa kollha flimkien mal-Kumitat tar-Regatta Klabb – Marsa li se jsellmu lill-poplu kollu Marsi minn fuq double decker. Id-defile, li se jkun jinkludi wkoll banda li se ddoqq ghadd ta’ marci brijuzi, jintemm hdejn il-Knisja tat-Trnità Qaddisa.

Kulhadd huwa mistieden jinghaqad f’din il-festa ta’ celebrazzjonijiet u allegrija.

 




Leave a comment