Il- Marsa Rebbieha Tar Regatta Nazzjonali Ta Jum Il-Vittorja

Friday, September 12, 2014, 8:42

Id-distrett tal-Marsa rebaħ id-double fir-Regatta Nazzjonali ta’ Jum il-Vittorja li saret il-bieraħ fil-Port il-Kbir.  Filfatt il-Marsa, rebħu kategorija B faċilment, pero kellhom jissieltu sal-aħħar mad-distrett ta’ Bormla f’Kategorija A.

Klassifika Finali: Bormla 72, Isla 28, Bormla 26, Birgu 20, Marsamxett 18, Birżebbuġa 8.

Il-preżentazzjoni tal-paljijiet u trofej saret minn bosta personalitajiet distinti li segwew ir-Regatta mix-xatt ta’ Pinto il-Belt Valletta fosthom il-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, l-Ambaxxatriċi tal-Amerika għal Malta Gina Abercrombie-Winstanley, l-Ambaxxatriċi tat-Turkija għal Malta Ayse Sezgin, il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello u persuni oħra konnessi mar-Regatta Nazzjonali.

Is-shields taż-żewġ kategoriji kienu ppreżentati lir-rebbieħa mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazżjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius.





Leave a comment