Il-Maltin u l-EURO 2012

Friday, June 15, 2012, 23:45

minn Andre’ Xuereb

Wara li kull tim lagħab żewg logħbiet u diġa kellna xi timijiet li ġew eliminati, l-kompetizzjoni Euro 2012 ser titħol fl-aktar fażi kruċjali tagħha , bla ebda dubju l-eċitament fost il-Maltin jibda jiżdied.

Is-supporters tat-Taljani u tal-Ingliżi qed jistennew l-aħħar logħba tal-grupp bil-ħerqa minħabba l-fatt li kemm it-tim Ingliż u wisq anqas it-tim taljan ma huma ċerti mill-kwalifikazzjoni għall-kwarti finali.It-tim Taljan fit-18 ta’Ġunju ser jilgħab fil-Municipal Stadium konsapevoli mill-fatt  li jrid jerbaħ lit-tim Irlandiż , filwaqt li jittamaw li jew Spanja jew il-Kroazja jerbħu l-konfront l-ieħor minħabba l-fatt li f’każ ta’ dro bejn dawn iż-żewġ timijiet ikun hemm ċans kbir li l-Italja tinqala’ minħabba l-fatt li l-Kroazja qeda +2 goal difference u l-Italja 0 goal difference.

It-tim Ingliż ser jilgħab l-aħħar logħba tal-grupp fid-Dombass Arena f’ Donetsk fit-19 ta’ Ġunju kontra l-Ukraijina.Is-supporters tat-team Ingliż huma kuntenti ħafna bil-comeback kontra l-Svezja u għaldaqstant qed jistennew 3 punti oħra kontra it-tim Ukren għalkemm jafu li ser tkun logħba diffiċli , li huwa żgur li għal din il-logħba il-kowċ Ingliż Roy Hodgson ser ikollu lura għad-disposizzjoni tiegħu l-attakant ta’ Manchester United Wayne Rooney.

Is-supporters li sa dan l-istadju żgur li m’għandomx x’jgorru huma s-supporters tal-Ġermanja li jinsabu komdi fl-ewwel post ta’ Grupp B b’6 punti wara żewg rebħiet kontra l-Portugall u l-Olanda . Bla ebda dubju spikka l-attakant ta’ Bayern Munich Mario Gomez li wara din is-sena skurja 41 goal mal-klubb tiegħu , skurja 3 goals sbieħ f’din il-kompetizzjoni biex witta it-triq għal pajjiżu biex ikomplu addejjin f’din il-kompetizzjoni.

Ħafna Maltin , anke dawk li mhux neċessarjament jissaportjaw it-tim Ġermaniż jemmnu li l-Ġermanja ser terbaħ l-Euro 2012 . Li hu żgur li ħadd ma jista jaqta’ barra lit-tim Spanjol ta’ Vicente del Bosque li wara li rebħu din l-istess kompetizzjoni erba’ snin ilu kontra l-Ġermanja ser jagħtu l- 100% tagħhom biex jiddefendu l-unur li huma rebħu fl-2008.Jekk it-tim Spanjol fl-aħħar mill-aħħar jirnexxilu jagħmel dan jkunu laħqu tragward li l-ebda tim ewropew ieħor ma jkun laħaq , jkunu l-unika skwadra nazzjonali li tkun rebħet żewġ kompetizzjoni tal – EURO darbtejn wara xulxin.





Leave a comment