Il-Maltin fl-International Open ta’ Messina 2019

Thursday, June 20, 2019, 7:33

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat l-International Open ta’ Messina 2019 ġewwa Roccalumera.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali;

Fil-kategorija Open ħadu sehem għaxar Maltin, Jean Carl Tabone, Josef Camilleri, Mauro Camilleri, Hansel Mallia, Jamie Bonnici, Alfred Bonnici, Hector Scerri, Melvin Barun, Emanuel Camilleri u Isaac Camiller.  Din il-kategorija ġiet mirbuħa mit-Taljan Claudio La Torre. Mauro Camilleri u Hansel Mallia waslu sal-kwarti tal-finali.  Jamie Bonnici, Alfred Bonnici u Jean Carl Tabone waslu sal-aħħar sittax.

Fil-kategorija tal-veterani ħadu sehem tliet Maltin Adrian Bonnici, Charlie Aquilina u Walter Joseph Attard.  Ir-rebbieħ ta’ din il-kategorija kien il-Belġjan Pascal Scheen.  Charlie Aquilina wasal sas-semifinali meta tilef kontra l-istess Pascal Scheen 2-1 bis-‘sudden death’.  Adrian Bonnici wasal sal-kwarti tal-finali.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena ħadu sehem Jamie Bonnici u Isaac Camilleri.  Jamie Bonnici wasal sal-finali.  Il-finali ntrebħet mit-Taljan Manzella bl-iskor ta’ 3-2.

Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet bis-sehem tat-tliet timijiet Maltin: Valletta Lions TFC, Attard SC u Bormla SC.

Valletta Lions TFC u Bormla SC it-tnejn kellhom prestazzjoni tajba u waslu t-tnejn sas-semifinali.  It-tim ta’ Valletta Lions TFC kien iffurmat minn Adrian Bonnici, Alfred Bonnici, Jamie Bonnici, Melvin Barun u Hector Scerri.  It-tim ta’ Bormla SC kien iffurmat minn Charlie Aquilina , Josef Camilleri, Mauro Camilleri u l-Grieg Dimitris Dimopolous.   Attard Subbuteo Club sfortunatament inqalgħu fil-gruppi.





Leave a comment