Il-Maltin fl-Ewropa idaħħlu kemxa flus…. imma

Wednesday, July 21, 2010, 12:01

minn Josef Galdes

Kien hemm min qal li l-Maltin ma jitgħallmuhx il-football. Jekk wieħed iħares lejn ir-riżultati li ġabu l-clubs Maltin fl-Ewropa dan l-istaġun huwa altru milli pożittiv. Jekk il-memorja tiegħi hija waħda tajba qatt ma niftakar li l-clubs kollha ġabu għall-inqas draw kollha f’daqqa.

Nibdew minn Sliema li ħadu draw away minkejja li home tilfu 3-0 fl-aħħar kwarta. Valletta ukoll ikun x`ikun ir-riżultat away ħadu draw prestiġġjuz iktar u iktar meta kienu minn taħt kmieni fil- partita, normalment meta insoffru goal kmieni nikkrollaw aħna l-Maltin.

U xi ngħidu għaċ-Champions Birkirkara. Kienu fortunati li ħadu walk over fl-ewwel leg tal-ewwel round, fit-tieni leg f`Ta` Qali imlewhom u għallmuhom jilgħabu l- ballun lit-team minn Andorra. Waqt li fl-ewwel leg tat-tieni round kienu bravi meta skurjaw goal kmieni u mhux talli iddefendew il-vantaġġ talli kellhom ċansijiet li jirbħu l-partita.

Nawguraw bla dubju lil Birkirkara u lil Valletta għal loghob li jmisshom. Kontu tafu li kien hemm min qal li l-Maltin lagħbu max-xejn. Skużi ta! Il- clubs Maltin lagħbu ma` min telgħu fil- polza. Dawn Patrijotti?? Jew qatt ma jikkuntentaw?? Meta naqilgħu t-tidrisiet jgħidu għax m` aħniex kapaċi. Qatt m’huma kuntenti!! Ma jinteressanix li huma Sliema, Birkirkara u Valletta setgħu kienu min kienu l-aqwa li Maltin.

Jekk xejn ktibtu paġna ġdida fl-istorja tal- football lokali, apparti li ħadtu ftit Euros fil-Bwiet tagħkom clubs, tistgħu ukoll itellgħu lill-Maltin ‘il fuq fir-rankings forsi staġun ieħor jikkompetu 4 u mhux 3 timijiet.   Tislijiet lill qarreja kollha ta’ sportinmalta.com  …..  Josef





4 Comments

  1. city boys says:

    anke kieku gibna results mhux tajjbin joseph . is sena diehla kien se jkolna 4 team xorta wahda 100%

    [Reply]

  2. Joe Cilia says:

    naqbel mieghek Josef…ma tikkuntenthom qatt!

    [Reply]

  3. andy says:

    Well done josef.

    [Reply]

  4. soss says:

    erbgha kelmit ta vera proset

    [Reply]

Leave a comment