Il-Maltin fl-Ewropa

Monday, July 5, 2010, 9:14
minn Josef Galdes
Mark Scerri lemin fl-azzjoni fil-logħba kontra Sibenik
Mark Scerri lemin fl-azzjoni fil-logħba kontra Sibenik

Il-waqfa tas-Sajf għal xi wħud intemmet, jew min kellu waqfa għax ħafna ġurnalisti bqajna għaddejjin bil-ħidma tagħna minħabba t-Tazza tad-Dinja. Issa reġa’ rritorna l-football lokali fejn wara li l-partita bejn Santa Coloma u Birkirkara ġiet posposta minħabba l-kundizzjoni tal-ground, il-Uefa ddeċidiet li Birkirkara jingħataw walk over favur taggħhom ta` 3-0. Barra minn hekk l-istess Club minn Andorra ġie mmultat 10,000 euro u projbizzjoni  ta` sentejn. Intant il-Club ta` Sliema kien involut fil-partita tal-Ewwel Leg preliminari tal-ewwel round tal-Uefa Europa League fejn barra minn darhom huma kisbu riżultat prestiġġjuż meta spiċċaw fi draw ta` 0-0 fil-Kroazja kontra team ta` HNK Sibenik.  Minkejja li r-riżultat huwa altru milli sodisfaċenti, ikompli jkun prestiġjuż minħabba li t-team immexxi minn Mark Marlow kellu diversi players neqsin li kienu Alex Muscat u Miguel Ciantar li kienu mweġġgħin, waqt li Josef Mifsud kien sospiż waqt li l- barrani, l-attakant Niġerjan ma setax jilgħab minħabba problemi ta` Visa. Minkejja dan kollu Sliema ħolqu l-aħjar ċansijiet ta` skor fejn setgħu skurjaw fi tliet okkażjonijiet partikolari.

Jean Pierre Mifsud Triganza kellu partita tajba
Jean Pierre Mifsud Triganza kellu partita tajba
Nawguraw lil Clubs Maltin li jikkwalifikaw biex intejbu l-pożizzjoni tagħna fil-UEFA, u gieħ lil Football Malti. Keep it Up!!  U ovvjament ukoll nawguraw lil Valletta li ser ikunu impenjati ftit tal-ġimgħat oħra. 
 




Leave a comment