Il-Malta Knights jirbħu l-Emerging Nations World Championship 2018

Monday, October 15, 2018, 14:15

F’St Mary’s Leagues Stadium f’Sydney, Malta Knights rebħu l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Emerging Nations World Championship tar-Rugby League, meta fil-finali għelbu lil Niue bl-iskor ta’  24-16.

It-tim Malti hu magħmul minn plejers li kollha huma bbażati fl-Awstralja lagħab b’ Justin Rodrigues, Nathan Benson, Emanuel Sultana, Kyle Cassel, Jake Scott, Jonathon Dallas, Jarrod Sammut, Dean Zammit, Jake Attard (c), Kyal Greene, Tyler Cassel, Ben Stone, Blake Phillips, Interchange; Adam Campbell, Josh Martin, Aaron Grech, u Peter Cronin.

Il-protagonist ewlieni kien Jarrod Sammut ta’ Malta Knights.

Taħt it-tmexxija tal-kowċ David Axisa l-Malta Knights fil-gruppi kien rebħu 36-10 kontra l-Fillippini u kienu tilfu 20-10 kontra l-Ungerija.





Leave a comment