Il-Malta Futsal School tkompi tikseb suċċess wara 3 snin mill-ftuħ tagħha

Wednesday, December 18, 2013, 10:08

Il-Malta Futsal School tinsab fir-raba’ staġun mill-ftuħ tagħha hekk kif fetħet il-bibien tagħha lura f’Settembru tal-2010. L-iskola li hija miftuħa għas-subien u l-bniet kollha ta’ bejn il-5 u l-15 –il sena torganizza sessjonijiet ta’ taħrig kull nhar ta’ Ġimgha fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara. Bl-interess f’dan l-isport kull ma jmur jikber, din l-iskola toffri l-opportunità għat-tfal li jattendu fi ħdanha biex jitgħallmu iktar rigward dan l-isport li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jikber fil-popolarità f’pajjiżna waqt li toffilhom taħriġ speċjalizzat biex jiżviluppaw l-ħiliet bażiċi ta’ plejer tal-futbol.

X’inhu l-Futsal?

Il-futsal huwa logħba tal-futbol eċitanti u veloci li tintlgħab minn eluf ta’ adulti u tfal madwar id-dinja. Waqt li l-futsal huwa sport fih innifsu, huwa ma jikkompetix mal-futbol iżda jservi biex jissapportjah billi jiżviluppa ħiliet li jagħmlu lit-tfal plejers aħjar, kemm fil-grawnd tal-futbol kif ukoll fil-‘court’ tal-futsal.

Il-benefiċċji tal-futsal għall-plejers żgħażagħ

Il-futsal jinkoraġġixxi plejers żgħar biex isiru iktar aġli, veloċi, b’saħħithom waqt li jkollhom bilanċ aħjar fil-logħba. Dan l-isport jgħin ukoll biex it-tfal isiru iktar komdi bil-ballun waqt li jtihom ħafna opportunitajiet biex jipprattikaw il-passing, dribbling, kif iduru bil-ballun u kif jixxuttjaw waqt li jkunu taħt pressjoni fil-logħba. Dan kollu jigi pprattikat fil-Malta Futsal School.

X’irid jagħmel wieħed biex jingħaqad mal-Malta Futsal School?

L-applikazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit elettroiniku tal-iskola www.maltafutsalschool.com. Wieħed jista’ jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku info@maltafutsalschool.com jew inkella jċempel fuq 99457101 jew 79016016 biex jibbukkja prova mal-iskola li tkun mingħajr ħlas.

 





Leave a comment