Il-Malta Football Referees Association iġeddu l-isponsor ma’ FXDD

Friday, July 26, 2013, 14:03

Il-Malta Football Association tavża li se ssir konferenza stampa t-Tnejn 29 ta’ Lulju 2013, filCorinthia San Gorg Hotel, f’San Ġiljan, fis-6.15pm. F’din il-konferenza, il-Malta Football Refrees Association, flimkien ma’ FXDD,b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tar-Referees tal-MFA, se jagħtu l-aħħar dettalji fuq it-tiġdid tal-isponsoor. Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, flimkien ma’ Fiona Soler, Finance & Operations Manager ta’ FXDD, se jitkellmu u jindirizzaw lil dawk preżenti. Alex Arena, Viċi President talMFRA, se jkun fost il-kelliema.

Se jingħata wkoll tagħrif minn Adrian Casha, Kap tal-Malta Referees Department tal-MFA, fuq il-Pre Season Training Camp/Seminar għall-uffiċjali tal-Ewwel Kategorija u r-Referee Observers li se jsir f’Telki, l-Ungerija mill-5 sad-9 ta’ Awwissu 2013. Immedjatament wara, se jitqassmu ċ-ċertifikati lil dawk ir-referees, li temmew b’suċċess it-Talent & Mentor Programme u l-ewwel gradwati mill-akkademja tar-referees.





Leave a comment