- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tal-Imħallef Maurice Caruana Curran, eks-President tal-Assoċjazzjoni bejn l-1944 u l-1946.

Posted By Sportinmalta On March 12, 2015 @ 7:36 pm In Featured,Football | No Comments

Kondoljanzi – Dr Maurice Caruana Curran

Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tal-Imħallef Maurice Caruana Curran, eks-President tal-Assoċjazzjoni bejn l-1944 u l-1946.

Maurice Caruana Curran twieled fil-11 ta’ Ġunju 1918. Qabel ma nħatar Imħallef, Caruana Curran kien wieħed mill-Avukati li jispeċjalizzaw fil-Liġi Kriminali. Hu rtira fl-1983.

L-Imħallef Caruana Curran kien bniedem sportiv ħafna u anki President tal-Malta Amateur Athletic Association.

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Caruana Curran f’mument daqstant diffiċli.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-malta-football-association-turi-soghba-ghall-mewt-tal-imhallef-maurice-caruana-curran-eks-president-tal-assocjazzjoni-bejn-l-1944-u-l-1946/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.