Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tal-Imħallef Maurice Caruana Curran, eks-President tal-Assoċjazzjoni bejn l-1944 u l-1946.

Thursday, March 12, 2015, 19:36

Kondoljanzi – Dr Maurice Caruana Curran

Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tal-Imħallef Maurice Caruana Curran, eks-President tal-Assoċjazzjoni bejn l-1944 u l-1946.

Maurice Caruana Curran twieled fil-11 ta’ Ġunju 1918. Qabel ma nħatar Imħallef, Caruana Curran kien wieħed mill-Avukati li jispeċjalizzaw fil-Liġi Kriminali. Hu rtira fl-1983.

L-Imħallef Caruana Curran kien bniedem sportiv ħafna u anki President tal-Malta Amateur Athletic Association.

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Caruana Curran f’mument daqstant diffiċli.





Leave a comment