Il-Malta Eight Ball Federation f’dawn il-jiem għalqet l-istaġun 2019-2020

Monday, August 10, 2020, 7:46

Il-Malta Eight Ball Federation f’dawn il-jiem għalqet l-istaġun 2019-2020 bil-finali tal-erba’ diviżjonijiet rispettivi.

Fit-tielet diviżjoni, Marsa FC għelbu lil Jojo’s Bar 11-9 filwaqt li fit-tieni diviżjoni, kienu Breakwater Bar B li kisbu suċċess meta għelbu lil Juventus Club B 11-8.

Fl-ewwel divizjoni kienu 147 Snooker Hall B li kisbu s- suċċess meta għelbu lil Duke of Connaughts Band Club 11-9.

Fl-għola diviżjoni li tigi id-diviżjoni Premier kienu 147 Snooker Hall A li ħarġu rebbieħa fuq San Gwann Bocci Club A 11-8.





Leave a comment