Il-Magħmudija taċ-Championship Pool

Tuesday, March 2, 2010, 11:47

minn Josef Galdes

Fil-magħmudija taċ-Championship Pool u fl-ewwel logħba tal-ġimgħa, Birkirkara għelbu lil Sliema 2-1. Din ir-rebħa tfisser li l-Karkarizi baqgħu fl-ewwel post. Min-naħa l-oħra Sliema tilfu kull tama li jistgħu jirbħu t-titlu. Fil-logħba l-oħra Qormi wkoll tilfu kull tama li jistgħu jirbħu l-Kampjonat meta huma ġew megħluba minn Hibs. Il-Pawlisti żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jieħdu post fl-Ewropa wara l- prestazzjoni li huma kellhom.  Din il-prestazzjoni fakkret lis-supporters ta’ Raħal Ġdid li huma kienu Champions … bil-partita intemmet 1-0.

Fiż-żewġ logħbiet li kellna s-Sibt, fl-ewwel logħba Msida dawwru telfa f’rebħa u żammew ħajjin it-tamiet tagħhom tas-salvazzjoni meta huma għelbu lil Dingli 3-2. Min-naħa l-oħra Dingli b’din it-telfa għandhom sieq waħda fl-Ewwel Diviżjoni.

Fil-logħba l-oħra Valletta urew li huma wieħed mit-timijiet fil-ġlieda għar-rebħ tal- kampjonat meta huma għelbu lil Tarxien 6-2. Tarxien diġa laħqu l-objettivi tagħhom li staġun ieħor se jilagħbu fil-Kampjonat Premier u għaldaqstant ma tantx urew motivazzjoni. Nawguraw li Tarxien ikunu iktar motivati għal kumplament tal-istaġun.





Leave a comment