Il-logħba tal-Under 15s titħassar minħabba kalzetti tal-istess kulur

Monday, December 19, 2011, 19:09

COTTONERA UNITED YOUTH NURSERY applikaw għal protest wara li l-logħba bejn Cottonera United u Luqa St.Andrews tħassret, minħabba li l-kalzetti kienu tal-istess kulur.

Id-deċiżjoni ħadha r-referee fil-logħba tas-Sibt, 17 ta’ Diċembru 2011, fil-logħba bejn Cottonera United Youth Nursery u Luqa St.Andrews tal-Under Under 15, fil-grawnd tas-Siggiewi.

Ir-refereee tal-logħba, waqqaf li tintlagħab din il-logħba, meta fuq staġib ta’ kulħadd, iddikjara li dan kellu jsir, minħabba li l-kalżetti taż-żewġ timijiet kienu t-tnejn suwed.

Cottonera United kien imissha ‘change colour’ imma ġibdet l-attenzjoni tar-referee, li l-kits kienu juru differenza kbira bejniethom, kif jixhed ir-ritratt ta’ hawn taħt.

Id-diriġenti ta’ Cottonera United, ġibdu l-attenzjoni tar-referee, li r-regolamenti tal-YFA, jgħidu b’mod ċar, li l-klabb li jkun il-‘home team’ għandu jniżżel żewġ settijiet ta’ flokkijiet ta’ kuluri differenti u mhux ta’ kalzetti.  Hawn taħt hawn kwotat l-‘Competition Rules’ tal-YFA għall-istaġun 2011-2012, fejn juri biċ-ċar li Cottonera United għamlet dak li kien mitlub minnha u niżżlet b’flokkijiet u anki xortzijiet differenti.

YFA Statute and Competition Rules

STATUT – Stagun 2011-2012

28. Bdil ta’ Kuluri

Klabb / Nursery qabel kull stagun iridu jirregistraw mal-Ghaqda l-kuluri tal-flokkijiet / shorts / kalzetti , li jkunu ser juzaw ghall-loghob matul lis-Stagun . Il-Home Team ghandu dejjem jinzel b’zewg settijiet ta’flokkijiet ta’kulur differenti minn tat-tim oppost. Jekk loghba ma tkunx tista’ ssir minhabba clash fil-kuluri, it-tim li suppost bidel il-kuluri, jista jigi ddikjarat bhala dak li tilef il-partita.

Il-kumitat ta’ Cottonera United ipprotesta bil-qawwa kollha li l-fatt tal-kalzetti ma kienx se jaffetwa l-andament tal-logħba għax il-kalzetti kienu l-istess.

Il-kumitat ta’ Cottonera United ġibdet l-attenzjoni li ftit granet ilu f’logħob iehor tal YFA  l-kalzetti f’diversi loghbiet kienu l-istess kemm il-darba u l-logħba xorta saret normali.  F’dan l-aħħar xahar, intlagħbu zgur tliet logħbiet fejn il-plejers kellhom l-istess kulur ta’ kalzetti.

Cottonera United qiegħda titlob li din il-logħba terġa tintlagħab.  Dan għax it-tim ta’ Cottonera United, mexa kif stipulat mir-regolamenti tal-YFA u m’għamel l-ebda nuqqas.

Stephen Spiteri

President ta’ Cottonera Utd Nursery





Leave a comment