Il-Laqgħa Ġenerali annwali tal-ASMK 2015 nhar il-Ġimgħa li ġej

Wednesday, August 19, 2015, 22:13

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż.

Note:This article has been written in both Maltese and English.

Gavin Muscat

Nhar il-Ġimgħa 21 t’ Awwissu 2015 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se torganizza il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2015. Għal darb’oħra grazzi għal Kunsill Malti għall-Isport li l-laqgħa se tiġi organizzata fil-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop. Matul din il-Laqgħa Ġenerali se jingħata rendikont ta’ x’sar matul l-istaġun 2014/2015 kif ukoll jiġi ppreżentat għall- approvazzjoni r-Rapport Finazjarju ppreparat mill-Awditur tal-Assoċjazzjoni kif ukoll jingħata bidu għal proċess biex il-membri jeleġġu l-Uffiċjali tal-ASMK kif ukoll il-kumitati tas-Sezzjonijiet.

Għal din l-edizzjoni (AGM 2015) l-Assoċjazzjoni irċeviet 28 nomina, tliet emendi u riforma fl-iStatut tal-ASMK. Ukoll l-Assoċjazzjoni se tressaq proġett li se jkun jikkonsisti f’xiri ta’ Sistema professjonali u apparat ta’ timing għall waqt l-attivita’jiet tal-karozzi u l-muturi. Jekk din is-sistema tiġi approvata l-ASMK se tkun qed tagħmel qabża kbira fil-mod kif jiġu kkontrollati l-attivita’jiet u t-taħriġ ta’ kontra l-arloġġ.

Għal darb’oħra l-Uffiċjali tal-ASMK se jkunu kkonfermati nhar il-Ġimgħa li ġej bis-Sur Frans Deguara se jerġa jokkupa l-Kariga ta’ President tal-ASMK għas-sentejn li ġejjin. Flimkien miegħu, is-Segretarju Ġenerali hu s-Sur Johann Pace u l-Kaxxier hu s-Sur Edgar Xuereb. Uċuħ ġodda mistennija fil-Karigi Assistant Segretarju fejn hemm in-nomina tas-Sur John Cassar u Assistent Kaxxier fejn hemm in-nomina tas-Sur Emmanuel Camilleri, dik ta’ Viċi President hemm in-nomina tas-Sur Johnny Micallef.

Fil-Kumitati tas-Sezzjoni Autocross hemm in-nomina ta’ Frans Deguara għal President, Johann Pace għal Segretarju, Edgar Xuereb għal Kaxxier, Andrew Pisani u Johnny Micallef bin-nomina tagħhom għar-rappreżentanti tas-sezzjoni.

Fil-Motocross hemm in-nomini ta’ John Cassar għal President u Rappreżentant Edward Ciantar għal Segretarju u Clayton Camilleri għal Rappreżentant tas-Sezzjoni MX.

Fl-Enduro hemm in-nomini t’ Eddie Bonello għal President u Rappreżentant u James Zahra għal Segretarju u Rappreżentant ukoll.

Fit-Trials hemm in-nomini t’ Emmanuel Camilleri għall-President u Rappreżentant tat-Trials u John Bonello għal Segretarju u Rappreżentant tas-Sezzjoni.

L-Amministrazzjoni u l-Membri tal-Assoċjazzjoni jirringrazzjaw lis-Sur Francis Azzopardi li għal dawn l-aħħar tletin sena ta servizz utli lill ASMK. Fl-aħħar ftit snin kien jokkupa l-kariga ta’ Chief Marshal u Assistent Segretarju tal-ASMK. Is-Sur Azzopardi esperjenza ż-żmienijiet diffiċli tal-Għaqda fis-snin ‘80 li grazzi għall-isforzi li kienu saru flimkien mal-kumitat ta’ dak iż-żmien (taħt it-tmexxija tal-fundatur Noel Farrugia) illum għadna ngawdu dak li tkompla jinbena f’dawn l-aħħar 30 sena. Is-Sur Azzopardi mistenni jibqa jagħti s-servizz tiegħu lejn l-għaqda bid-differenza li ser ikun Membru Onorarju tal-ASMK.

Ir-Ringrazzjamenti jkomplu wkoll lill-Membru tal-Kumitat Autocross lis-Sur Leli Pisani li f’dawn l-aħħar snin ta’ servizz tiegħu bħala Rappreżentant tas-Sezzjoni Autocross.Is-Sur Pisani se jkompli jagħti s-servizzi tiegħu bħala Flag Marshal u mistenni jkun maħtur Membru Onorarju tal-ASMK. Grazzi wkoll lill-Gordon Johnson li okkupa l-kariga ta’ Assistent Kaxxier fl-aħħar sena.

Intant l-Assoċjazzjoni bħalissa qed tħejji biex tibda bl-ewwel attivita’jiet li mistennija jsiru ftit iktar kmieni mis-soltu. Nhar is-Sibt 5 ta’ Settembru 2015 se tiġi organizzata attivita’’ għas-sezzjoni Autocross fejn għat-tieni sena din l-attivita’’ se tkun ukoll irreġistrata fil-Malta Records. Din l-attivita’’ tikkonsisti f’tiġrijiet bil-karozzi Autocross għal siegħa sħiħa bla waqfien. Is-sena li għaddiet inżamm ir-rekord ta’ 92 dawra u qiegħed f’idejn Emmanuel Muscat fuq Opel Corsa.

Attivita’’ oħra li l-ASMK qed taħdem fuqa hija t-tiġrijiet bil-karozzi f’Għawdex. Għal darb’ohra din se tkun organizzata is-Sibt u l-Ħadd 19 u 20 ta’ Settembru 2015 rispettivament.Għal iktar informazzjoni wieħed jista jsib dan fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-Facebook pages bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt magħhom bl-email info@asmk.org.mt.

_______________________________________________________________

English

ASMK ANNUAL GENERAL MEETING 2015 on Friday 21st

Association Sport Muturi u Karozzi will hold the 2015 Annual General Meeting on Friday 21st of August.  Thanks to the Maltese Council for Sport the meeting will be held at the Sports Complex in Ħal Kirkop . During the General Meeting the members present will be presented an account of what happened during the 2014/2015 season including the submission and approval to the Financial report prepared by the Association Auditor including the process to elect the ASMK Officers and Sections Committee members.

For this 2015 AGM edition the Association received 28 nominations, three new Statute amendments including a reform in the running of the Executive Council. The Association members will be presented with a new project consisting of the purchase of a professional timing equipment to be use during cars and motorcycles events. If this system is approved the ASMK will be doing a great leap in the timing control during the events and training sessions against the clock.

Also the ASMK Officials will be confirmed following the Friday meeting. Mr Frans Deguara will again occupy the office of ASMK President for the next two years. Along with him Secretary-General is to be Mr. Johann Pace and Mr Edgar Xuereb as ASMK Treasurer. Mr John Cassar is expected to occupy the Post of Assistant Secretary and Mr Emanuel Camilleri is expected to take the post of Assistant Treasurer. Mr Johnny Micallef is nominated for the post of Vice-President.

The nominees for the Autocross committee are Mr Frans Deguara for President, Johann Pace for Secretary, Edgar Xuereb for Treasurer and Andrew Pisani and Johnny Micallef are nominated as Autocross representatives.

The Nominations for the Motocross are as follows:- John Cassar is nominated for President and Representative, Edward Ciantar for Secretary and Clayton Camilleri as Representative.

For the Enduro bikers Eddie Bonello is nominated for President and Representative and James Zahra is nominated for Secretary and Representative too.

In the Trials the nomination for President and Representative is submitted by Emmanuel Camilleri and John Bonello is nominated as Trials Secretary and Representative.

The Administration and Members of the Association would like to thank Mr Francis Azzopardi for services rendered to ASMK during the past thirty years of useful service. In the last few years he has occupied the post of Chief Marshal and Assistant Secretary of ASMK. Mr Azzopardi experienced the difficult early years of the Association in the 80’s which thanks to the efforts made by the committee of the time under the leadership of founder Noel Farrugia, today we still enjoy the sport and continued progress during these past 30 years. Mr Azzopardi is expected to continue giving his service to the association with a difference as an Honorary Member of ASMK.

The Acknowledgements continue also to Mr Leli Pisani a Member of Autocross for many years. Mr. Pisani served as an Autocross Representative and will continue to deliver his services as Flag Marshal. He is expected to be appointed an Honorary Member of ASMK too. Thanks also to Mr. Gordon Johnson who occupied the post of Assistant Treasurer in the last year.

Meanwhile, the Association is currently busy preparing to start the first motorsport events which are expected to start some time earlier than usual. On Saturday 5th September 2015 ASMK will be organizing an Autocross Endurance Race lasting One Hour driving on the Autocross track. Stops are allowed for refuelling and driver change. This race is in its second year where this event will also be scrutineered and registered in the Malta Records.Last year’s Record Holder is Mr Emanuel Muscat who covered 92 laps on his Opel Corsa during the Timed Hour.

Another special ASMK event is in racing the Autocross cars on a temporary built track in Gozo over a weekend. Again this will be held on Saturday 19th and Sunday 20th September 2015. Further information can be found on the ASMK website:- www.asmk.org.mt or the Facebook pages named ASMK Malta or Association Sport Motorcycles and Cars. One can also contact them by email:- info@asmk.org.mt .

L-Ufficjali tal-ASMK li ser ikunu ikkonfermati fl-AGM

L-Amministrazzjoni tal-ASMK

 

 





Leave a comment