- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Kwarti tal-Finali tal-Yamaha Gozo Motocross Championship 2018

Posted By Sportinmalta On March 5, 2018 @ 1:31 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Il-Gozo Motocross Association tixtieq tavża li nhar il-Ħadd 11 ta’ Marzu  2018, se tiġi organizzata il-kwarti tal-finali mill-YAMAHA Gozo Motocross Championship 2018.  It-tlielaq jibdew fis-siegħa ta’ waranofsinhar.

Matul dan il-kampjonat qed ikun hemm taqtigħa interessanti f’kull klassi anke bejn sewwieqa li għandhom esperjenza f’dan l-isport u oħrajn li għandhom inqas esperjenza. Il-kompetizzjonijiet huma akkaniti u anke xi drabi inprevidibbli. Minbarra li s-sewwieqa qegħdin dejjem juru ħila kbira fis-sewqan tagħhom, u jkunu qed iġemmgħu l-punti għar-rebħ tal-kampjonat f’Mejju li ġej.

Id-dilettanti tal-muturi kollha huma mħeġġa li jattendu għal din l-attività, anke biex juru appoġġ lejn is-sewwieqa favoriti tagħhom kif ukoll lejn il-kumitat li qed jaħdem bis-sħiħ ħalli dan l-isport ikompli jikber u jissaħħaħ f’Għawdex.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook tal-Gozo Motocross Association: https://www.facebook.com/gmagozo/

Rtratti: Charlie Buttigieg


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-kwarti-tal-finali-tal-yamaha-gozo-motocross-championship-2018/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.