Il-Kungress tal-FIM Europe f’Malta

Tuesday, June 30, 2015, 20:49

 L-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkun qed torganizza l-20 edizzjoni tal-Kungress ‘FIM-Europe’ 2015 f’Malta fil-Lukanda Excelsior.Dan il-kungress jibda ufficjalment  nhar il-Hamis 2 ta’ Lulju sas-Sibt 4 ta’ Lulju bil-participazzjoni ta’ delegati minn 47 pajjiz kif ukoll rapprezentanti tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi ‘FIM’.

 L-Assocjazzjoni mistennija tilqa f’Malta il-fuq minn 260 delegat. Dawn ser ikunu qed jiddiskutu f’Workshops diversi suggetti fejn jidhol dak kollu relatat mal-Muturi kemm fil-Motorsport, il-Kampjonati Internazzjonali kif ukoll Attivitajiet ohra relatati l-Ambjent u Safety. Il-kummissjonijiet ta Road Racing, Drag Racing, Motocross, Supermoto, Enduro, Trials, Track Racing, Muturi Vintage, l-Environment, Touring, Motoball sa jiddiskutu u jiddeciedu diversi decizjonijiet kif ukoll dwar dawk is-sewwieqa li juzaw mutur bhala mezz ta trasport.

 Matul din il-konferenza sa tigi diskussi materji ,Sporting, Non-Sporting u mill-Kummissjonijiet tas-Safety fejn jinghata tarif dwar is-sigurta u l-Edukazzjoni fis-sewqan fejn jidhlu l-muturi. Din se tkun id-9 edizzjoni ta’ din is-Safety Commission fil-konferenza FIM-E. It-tema maghzula din is-sena se tkun ‘l-izvilupp ta’ l-elettronika fuq il-muturi’ kemm meta l-mutur ikun qed jintuza fit-triq kif ukoll waqt is-sewqan Sportiv’.

Waqt din il-konferenza Malta ser tkun qed tara is-sehem ta’ Transport Malta fejn sa tinghata veduta tas-sigurta tal-muturi f’Malta. Min jixtieq jattendi ghal din il-konferenza tas-Safety li ser issir il-Gimgha 3 ta’ Lulju fl-4:30pm fil-Bellavanti Hall fil-Lukanda Excelsior Floriana jista jibghat email lill asmk@go.net.mt





Leave a comment