Il-Kummissjoni Maltija tal-Boxing (MBC) tiġi affiljata mal-EBU

Wednesday, July 27, 2011, 12:35

minn Cristian Muscat

Riċentament eżattamnet fl-10 ta’ Ġunju li għadda l-kummisjsoni tal-boxing Maltija ġiet affiljata mal-EBU li hija l-union tal-boxing ewropew. B’ hekk l-MBC issa tista’ u hija f’ pozizzjoni mhux biss li torganizza avvenimenti tal-boxing professjoanli f’ livell internazzjonali iżda wkoll li tagħti l-liċenzja lill-boxers Maltin biex jipparteċipaw kemm lokalment kif ukoll f’ livell internazzjoanli f’ avvenimenti tal-boxing professjoanli. Għalkemm Malta gahndha storja twila ta’ boxing, qatt ma kellna boxers lokali professjonali b’ licenzja professjoanli ibbazati f’ malta u kwazi kull boxing lokali organizzat ma kienx rikonoxxut fuq livell internazzjonali.

Il-vantagg ta’ boxers professjonali, promoters, kowċis, corner men u maniġers li jkollhom liċenzja u li jkunu rikonoxxuti mill-komunita’ internazzjoanli tal-boxing professjoanli huma varji – għall-boxer dan ifisser l-possibilta’ ta’ karriera f’ dan l-isport u li jaqla’ l-għixien tiegħu minn dan l-isport anki barra minn Malta. Waqt li ghall-corner men ifisser li huma se jkunu jistghu jahdmu fi pro bxing events. Ukoll dan il-ftehim se jkun qed ifisser iktar sigurta’ għall-boxers l-iktar permezz ta’ check-ups mediċi regolari u professjoanli.

Barra mill-fatt li toħroġ liċenzja tal-boxing skond in-normi u l-istandards internazzjonali, il-kummissjoni Maltija tal-boxing – l-MBC se tkun qed tagħmel minn kollox biex tipprovdi l-aqwa kuntatti kemm ta’ boxers internazzjoanli kif ukoll ta’ avvenimenti ta’ boxing fuq skala internazzjonali lill-boxers Maltin kif ukoll lil kull min għandu x’jaqsam mal-boxing f’ Malta.

Tajjeb ninnuttaw li boxing professjoanli ma jissejjaħx professjonali minħabba l-fatt li l-boxer jaqla’ l-għixien tiegħu minn dan l-isport iżda minħabba r-raġuni li dan ikun qed jiġġieled mingħajr protezzjoni f’ rasu jew dik li tissejjaħ head guard. Strumentali f’ dan il-ftehim mal-EBU kien is-sur Alex Zammit li huwa ex segretarju generali tal-Malta Amateur Boxing Federation.





Leave a comment