Il-Kummissarju Ewropea għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza mistiedna żżur Malta

Friday, May 31, 2013, 9:16

Waqt żjara ta’ kortesija li għamel dalgħodu lill-Kummissarju Ewropea għar-Riċerka, lInnovazzjoni u x-Xjenza, Máire Geoghegan-Quinn, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, stedinha żżur Malta biex tara millqrib l-iżviluppi li qed isiru f’pajjiżna fil-qasam li hija responsabbli minnu fil-livell Ewropew.

Waqt il-laqgħa ddiskutew, fost affarijiet oħrajn, dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa fuq il-pakkett leġiżlattiv ‘Orizzont 2020’, li huwa l-programm qafas tal-Unjoni Ewropea għarriċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020. Tkellmu wkoll dwar il-mira talgvern Malti għan-nefqa nazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp.

Dr Buontempo kellu diskussjonijiet dwar dawn it-temi wkoll mal-Ministru tal-Edukazzjoni u r-Riċerka tal-Litwanja, Dainius Pavalkis, minħabba li f’Lulju li ġej il-Litwanja se tieħu f’idejha lPresidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ laqgħat saru fl-isfond ta’ laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.





Leave a comment