Il-Kumitati regjonali ser jiproponu siti ghall-jogging tracks

Friday, September 27, 2013, 18:56

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Kumitati Reġjonali ser jiġu mistiedna jipproponu siti fejn jistgħu jsiru jogging tracks. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo meta kien qed jitkellem waqt Sport Fest li kienet organizzata mir-Reġjun tan-Nofsinhar.

Huwa qal li l-Kunsilli Lokali jridu jkunu parteċipi attivi fil-ġlieda kontra l-obeżità. Il-Ġlieda kontra l-obeżità trid issir mhux biex pajjiżna jiffranka l-flus mill-qasam tas-saħħa imma għax pajjiżna jrid ikollu soċjetà b’saħħitha fiżikament u mentalment.

Ir-Reġjun tan-Nofsinhar organizza Sports Fest għan-nurseries tal-Futbol tal-erbatax-il lokalità – (Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Gudja, Ħamrun, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Mqabba, Ħal Qormi, Qrendi, Ħal Safi, Santa Luċija, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Żurrieq) – li jagħmlu parti minn dan l-istess Reġjun.

L-erbatax-il nursery li ħadu sehem ipparteċipaw bi tfal li twieldu bejn l-2003 u l-2004  (tfal ta’ bejn disa’ u ħdax-il sena). B’kollox ħadu sehem mat-300 tifel.





Leave a comment