Il-Kumitat Olimpiku Malti ser jospita Konferenza dwar is-Saħħa Mentali fl-Isport

Monday, May 7, 2018, 7:32

Il-Kumitat Olimpiku Malti, f’kollaborazzjoni mal-Olympic Solidarity, ħabbar li l-konferenza medika annwali tagħhom ser ssir nhar it-Tnejn 4 u t-Tlieta 5 ta’ Ġunju 2018.

Il-Konferenza ta’din is-sena ser tesplora is-suġġett attwali tas-saħħa mentali fl-isport, filwaqt li jfittex li jqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali, jesplora riċerka kontemporanja f’dan il-qasam u strateġiji biex isostnu lill-atleti fit-taħriġ tagħhom.

Dr Kirill Micallef Stafrace, Kap tal-Kummissjoni Medika fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti, ikkonferma li l-kelliema li ser jieħdu sehem se jkunu taħlita t’esperti lokali u internazzjonali li se jinkludu Dr David Fletcher – Loughborough University, UK, Ms Graziella Thake – The Optimization Hub, l-Awstralja, Dr Nigel Camilleri, l-Università ta ‘Malta, Dr Danica Bonello Spiteri, l-Università ta’ Malta u Dr Adele Muscat, Skola Nazzjonali tal-iSport, Malta.

“Is-saħħa mentali fl-isport spiss jiġi injorat u ħafna jassumu li l-każijiet ta’ problemi fis-saħħa mentali fl-atleti huma rari, peress li l-atleti huma meqjusa bħala ndividwi fiżikament b’saħħithom u ma jbatux min dawn il-problemi.  Il-konferenza għandha l-għan li tiddiskuti kwistjonijiet bħal dawn kif ukoll tneħħi l-istigma li tmur madwar mard mentali ” irrimarka Dr Micallef Stafrace. “Inħeġġu bis-sħiħ lil dawk kollha li huma nvoluti fl-isport, b’xi mod jew ieħor,  biex jattendu din il-konferenza”.

Il-konferenza se ssir fil-Grand Hotel Excelsior. Il-konferenza tibda fid-9 ta ‘filgħodu u għandha tintemm sal-4:30. Ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja u tkun b’xejn sal-31 ta’ Mejju.  Wara din id-data, attendenza għal ġurnata jiswa € 25, filwaqt li biljett għall-jumejn jiswa € 35. Il-prezz jinkludi ikel u xorb.

Għal aktar informazzjoni zuru www.nocmalta.org jew kuntattjaw lil Dawn Aquilina permezz ta ‘email fuq dawnaquilina@nocmalta.org jew billi ċċempel fuq +356 21 332 801.

 





Leave a comment