Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA jsegwi l-linji gwida tal-FIFA dwar l-impatt tal-COVID-19

Thursday, April 9, 2020, 14:57

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association iltaqa’ lbieraħ permezz ta’ video conference biex jidentifika soluzzjonijiet għall-isfidi bla preċedent li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 u jippjana għall-futur b’mod pro-attiv.

Fil-bidu tal-laqgħa, il-president tal-MFA Bjorn Vassallo saħaq li l-prijoritá assoluta hija li tiġi salvagwardjata s-saħħa ta’ kulħadd. Huwa żied jgħid li l-kompetizzjonijiet tal-football, li bħalissa jinsabu sospiżi b’mod indefinit, jirritornaw biss meta lawtoritajiet tas-saħħa jagħtu direzzjoni li dawn jistgħu jkomplu.

Sadanittant il-FIFA ppubblikat linji gwida biex jiġu indirizzati bosta temi importanti kawża tal-COVID-19, li kienu fost dawk ewlenin fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa. IlKumitat Eżekuttiv laqa’ dawn il-linji gwida li huma mfassla fuq tliet prinċipji importanti:

• il-kwistjoni tal-kuntratti li jiskadu fl-aħħar ta’ dan l-istaġun li se jiġu awtomatikament estiżi fil-kuntest li l-istaġun mistenni jkun estiż hekk kif ikun deċiż mill-Assoċjazzjoni

• ftehim li ma jistax jiġi mwettaq kif kien antiċipat minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19

• tibdil fil-perjodu tat-trasferimenti

RIŻOLUZZJONI TAL-CLUBS TAL-PREMIER LEAGUE

Il-Kumitat Eżekuttiv laqa’ r-riżoluzzjoni ffirmata mill-clubs tal-Kampjonat Premier. Dawn il-clubs irrikonoxxew li l-figuri tas-salarji ta’ kull xahar stabbiliti mill-Gvern jirrappreżentaw miżura proporzjonata u ftehmu li jonoraw il-kriterji għall-pagamenti minimi ta’ players reġistrati fuq bażi full-time.

Għal dan l-għan, il-FIFA wkoll qed tinkoraġġixxi lill-clubs u lill-impjegati biex jaħdmu flimkien fit-tentattiv li jintlaħaq ftehim kollettiv.

IX-XENARJI TAL-KALENDARJU TAL-ISTAĠUN

L-estensjoni tal-istaġun attwali u l-iskedar mill-ġdid tal-liċenzjar u l-iskadenzi finanzjarji ġew ukoll diskussi f’din il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv. Hawnhekk kienu diskussi xenarji differenti fil-kalendarju tal-logħbiet tal-kompetizzjonijiet domestiċi (seniors u youth) organizzati mill-MFA. Il-Kumitat Eżekuttiv appoġġa l-pożizzjoni li dawn għandhom jitkomplew dejjem jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu.

Filwaqt li d-dati qed jiġu kkunsidrati mal-imsieħba interessati kollha, ilkontinwazzjoni tal-kompetizzjonijiet isseħħ biss bl-approvazzjoni tas-Supretendent tas-Saħħa.

Ix-xenarji possibbli dwar il-kalendarju tal-logħob ittieħdu kollha f’konsiderazzjoni u jinkludu d-diversi kampjonati ta’ kategoriji differenti. Il-Kampjonat BOV Premier, lFA Trophy, il-Kampjonat BOV tan-Nisa u dak tal-Elite Futsal, iridu jiġu konklużi saddata stabbilita mill-UEFA minħabba li dawn il-kampjonati jiddeterminaw liema clubs se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li ġej.

Il-kampjonati l-oħra li jinkludu dak tal-Ewwel Diviżjoni, it-Tieni Diviżjoni, it-Tielet Diviżjoni, l-Amateur Futsal League, il-kampjonati tal-Youths, il-kampjonati tal-GFA kif ukoll il-GFA Cup u Knock-Out, jistgħu jitkomplew f’data aktar tard.

Il-Kumitat Eżekuttiv qabel ukoll li l-kampjonati tal-amateurs organizzati millAssoċjazzjonijiet Membri u l-kompetizzjonijiet tal-Youth FA u l-Gozo Youth FA mhux se jkomplu matul dan l-istaġun. Diversi sitwazzjonijiet possibbli għal dawn ilkompetizzjonijiet se jkunu qed jiġu diskussi fl-iStanding Committee konċernat u malAssoċjazzjonijiet rispettivi.

REAZZJONI TAL-PRESIDENT TAL-MFA

Filwaqt li tenna li l-pandemija COVID-19 qed toħloq sfidi straordinarji għall-football madwar id-dinja, l-President tal-MFA Bjorn Vassallo esprima s-sodisfazzjon għal-linji gwida dwar aspetti regolatorji u legali maħruġa mill-FIFA, kif ukoll ir-riżoluzzjoni talclubs tal-Kampjonat Premier dwar il-pagi tal-players full-time.

“Il-Malta Football Association tilqa’ l-proposti maħruġa mill-FIFA, liema linji gwida se jiġu applikati fi ħdan il-fora ġudizzjarji tal-Assoċjazzjoni,” qal Vassallo.

“Ninnota b’sodisfazzjon ukoll ir-riżoluzzjoni ffirmata mill-14-il club tal-Premier Malti. Dan huwa żmien meta l-imsieħba soċjali fi ħdan il-football lokali juru maturitá u jaħdmu qatigħ biex jintlaħaq ftehim bilaterali li hu l-uniku mezz biex negħlbu l-isfidi. Dan jista’ jsir jekk kulħadd jerfa’ parti mill-piż f’dan il-perjodu mingħajr preċedent.

“L-MFA għandha l-obbligu li tkun pro-attiva u li tipprovdi gwida lill-membri tagħha kif ukoll dawk involuti fil-logħba lokali.

“Rigward il-kompetizzjonijiet domestici, il-pożizzjoni tal-MFA hi kompatibbli ma’ dik tal-UEFA skond ir-riżoluzzjoni ffirmata mill-European Club Association, European Leagues u l-FIFPro.

“L-impenn tagħna huwa li jitkompla l-istaġun, jekk dan ikun possibli, biex ikollna lverdetti sportivi mill-kompetizzjonijiet anke jekk ikun ifisser li tmiem l-istaġun jiġi estiż. Għal dan l-għan l-MFA ippreżentat xenarji differenti tal-kalendarju bbażati fuq estensjoni tal-istaġun kurrenti, dejjem skond id-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet tas-saħħa.”

Is-Sur Vassallo qal li s-sitwazzjoni preżenti enfasizzat il-ħtieġa li r-riformi li l-MFA qed tħejji f’setturi varji jingħataw prijoritá.

“Għandna nagħtu prijoritá lir-riformi li għaddejjin bħalissa minħabba li dan iżżmien straordinarju li qed ngħixu fih espona d-dgħufija tal-football fuq livell dinji u dak domestiku,” qal il-president tal-MFA.

“Hemm bżonn li jissaħħu l-istrutturi tagħna permezz ta’ governanza u mudelli ta’ sostenibbiltá, materji li diġá kienu antiċipati u li ġew ippreżentati lill-Kumitat Eżekuttiv.





Leave a comment