- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 26 plejer

Posted By Sportinmalta On August 23, 2018 @ 5:32 pm In Featured,Football | No Comments

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 26 plejer bi preparazzjoni għall-ewwel żewħ logħbiet tal-UEFA Nations League kontra l-Gżejjer Faroe u l-Azerbajġan.

It-tim Malti ser jilgħab l-ewwel logħba tieghu away kontra l-Gżejjer Faroe fis-7 ta’ Settembru u tlett ijiem wara jilqa’ lill-Azerbajħan f’Ta’ Qali.

Zach Muscat u André Schembri huma l-uniċi żewġ plejers li jilagħbu barra l-pajjiż u li huma parti mill-iskwadra. Magħhom ingħaqdu wkoll Johann Bezzina u Jean Paul Farrugia li tilfu t-training camp li sar f’Mejju li għadda.

Jurgen Pisani, Myles Beerman, Luke Gambin, Jurgen Degabriele u Kyrian Nwoko li lagħbu fl-aħħar żewġ logħbiet ta’ ħbiberija huma nieqsa mill-iskwadra. Neqsin ukoll hemm Sam Magri u Bjorn Kristensen.

L-iskwadra proviżorja hija din:-

Gowlers - Henry Bonello (Valletta), Andrew Hogg (Hibs), Steve Sultana(Balzan)

Difensuri - Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs), Andrei Agius (Hibs), Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Clayton Failla (Floriana), Michael Johnson (Balzan), Joseph Mbong (Hibs), Zach Muscat (Pistoiese), Joseph Zerafa (Valletta);

Midfielders - Johann Bezzina (Hibs), Briffa Roderick (Gzira), Juan Carlos Corbalan (Gzira), Paul Fenech (Birkirkara), Ryan Fenech (Sliema), Jake Grech (Birkirkara), Rowen Muscat (Valletta), Steve Janice Pisani(Floriana), Dunstan Vella (Hibs);

Attakanti - Andrew Cohen (Gzira), Effiong Alfred (Balzan), Jean Paul Farrugia (Sliema), Michael Mifsud (Birkirkara), Andre Schembri (Apollon).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-kowc-tat-tim-nazzjonali-malti-ray-farrugia-sejjah-skwadra-provizorja-ta-26-plejer/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.