Il-kontinġent Malti jasal fi New Delhi

Saturday, October 2, 2010, 19:00

Il-kontinġent Malti mmexxi mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, l-Imħallef Lino Farrugia Sacco wasal fi New Delhi, Indja u fis-sigħat li għaddew l-atleti u l-uffiċjali kienu alloġġjati fil-Villaġġ tal-Atleti fil-kapitali Indjana.

It-tiratriċi Rebecca Madyson

It-tiratriċi Rebecca Madyson

Fil-ġranet ta’qabel l-ewwel li waslu kienu Joe Cassar, Segretarju Ġenerali tal-KOM u Julian Pace Bonello li huwa chef de Mission tal-kontinġent fejn raw illi l-kundizzjonijiet fil-Villaġġ tal-Atleti kienu adekwati għall-atleti u uffiċjali Maltin.

L-aħħar atleta li se jingħaqad mal-kontinġent se jkun il-lottatur Abraham Vassallo illi flimkien mal-coach Jesmond Giordimaina se jħallu Malta għada l-Ħadd filgħodu.

Għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth, il-Kumitat Olimpiku Malti għażel lit-tiratriċi Rebecca Madyson illi fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob li saru f’Melbourne 2006 kienet rebħet il-medalja tal-fidda għal Malta.





3 Comments

  1. brain says:

    is this the plan for the future to send old australians to the games? why not the moc invest in young maltese blood ? this has been happening and will continue to happen . it is not wise to invest in athletes of that age and not based in malta . what is being done to prepare for future games like small states and 2012 olympics? NOTHING . the moc are the untouchables they just do what they want . they just keep hunting for australians , they sure are proud of our maltese athlestes . shame on them

    [Reply]

  2. martin says:

    tista tajdulna Kemm se tiswa din il mawra Flindja ? Mhux ahjar tellajna xi Zewg atleti ohra flatletika

    [Reply]

  3. roderick says:

    awguri lil atleti maltin rod

    [Reply]

Leave a comment