Il-Konslu Ġenerali jiltaqa ma kontingent tal-MOC

Thursday, July 4, 2013, 9:54

Nhar id-29 ta’ Ġunju 2013, il-Konslu Ġenerali tar-Repubblika ta’ Malta s-Sur Reuben Gauci, iltaqa’ ma’ wieħed mill-kontiġenti ta’ Atleti Maltin li kienu jinsabu fuq transit ġewwa l-ajruport ta’ Ataturk f’Istanbul wara li pparteċipaw fil-Logħbiet Meditearranji ġewwa Mersin fit-Turkija, liema logħob saru f’Ġunju 2013.

Matul il-laqgħa s-Sur Gauci ġie ppreżentat b’T-Shirt li libes il-kontinġent Malti li pparteċipa f’din l-edizzjoni ta’ logħbiet ġewwa Mersin. Dan it-T-Shirt ġie ppreżentat mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, s-Sur Julian Pace Bonello.

Il-Konslu Ġenerali esprima l-apprezzament għax-xogħol kbir li sar mill-atleti Maltin, liema xogħol issarraf f’rappreżentazzjoni mill-aqwa mill-kontinġent kollu. Il-Konslu Ġenerali feraħ lit-tiratur, is-Sur William Chetcuti, għar-rebħ tal-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-isparar.





Leave a comment