Il-KOM se jiehdu sehem fl-EYOF f’Utrecht

Thursday, July 11, 2013, 16:02

Il-Kumitat Olimpiku Malti se jkompli bil-partecipazzjoni internazzjonali tieghu meta bejn it-13 u l-20 ta’ Lulju kontingent ta’ 3 atleti u 3 ufficjali se jiehdu sehem fit -12 l-Edizzjoni tal-European Youth Olympic Festival f’Utrecht fl-Olanda.

Il-kontingent Malti se jkun immexxi mix-chef de Mission tal-KOM , Charles Camenzuli u se jkun maghmul minn Nicole Gatt , atletika u l-kowc taghha Mark Farrugia, il-judoka Francesco Aufieri u l-kowc tieghu Vito Aufieri u t-tennista Katrina Sammut u l-kowc taghha Esther Muscat.

Joe Cassar Secretarju tal-KOM huwa wkoll ic-chairman tal-Kummissjoni ta’ Koordinazzjoni fi hdan il-Kumitat internazzjonali tal-EYOF . Prezenti wkoll f’Utrecht se jkun hemm Envic Galea, President tal-Malta Judo Federation fil-kapacita’ tieghu bhala Segretarju Generali tal-European Judo Union.

Ic-Cerimonja tal-Ftuh tat-12 l-Edizzjoni tal-European Youth Olympic Festival ghandha ssir nhar il-Hadd 14 ta’ Lulju fit-8.00 ta’ filghaxija fl- Stadium Galgenwaard, Utrecht .

It-Tnejn 15 ta’ Lulju atleta minn kull pajjiz mit-48 Kumitat Olimpiku li se jkunu qed jiehdu sehem flimkien ma’ ufficjal se jkunu prezenti ghal laqgha li ghandha ssir mal-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Jacques Rogge illi kien il-persuna li ta appogg shih ghal dan il-Loghob li huwa organizzat mill-European Olympic Committees taht ittmexxija ta’ Patrick Hickey.

L-ewwel rounds ta’ kompetizzjoni li fihom l-atleti Maltin se jkunu fl-azzjoni huma dawn :

It-Tnejn 15 ta’ Lulju 10.00 : Round 1 – Tennis – Katrina Sammut ( Den Hommel Tennis Park) 15.00 : Round 1 – Athletics – Nicole Gatt (Maarschalkerweerd Athletics Track)

Il-Hamis 18 ta’Lulju : 10.00 : Judo 81 kg – Francesco Aufieri (Jaarbeurs Utrecht)

L-Ezekuttiv tal-Kumitati Olimpici tal-Ewropa ghazel lil bliet ta’ Tbilisi (Georgia) ghall – edizzjoni tal-2015 lil belt ta’ Gyor (Ungerija) ghall-2017





Leave a comment