- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-KOM isellem lil Lino Bugeja

Posted By Sportinmalta On January 19, 2017 @ 8:03 pm In Featured,General | No Comments

Il-Kumitat Olimpiku Malti jsellem lil LINO BUGEJA wara li tħabbret il-mewt tiegħu. Eks Segretarju Ġenerali fis-snin ’70 f’mument meta l-KOM kien f’perijodu ta’ transizzjoni, Lino Bugeja għex għall-isport. Apparti karriera fil-futbol kemm bħala plejer u wisq aktar bħala kowċ, Lino Bugeja jibqa’ mfakkar għall-fatt li kien wieħed mill-atleti li kienu ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran f’Lixandra fl-1951. Magħruf għall-imħabba li kellu għall-Olimpijadi u l-Moviment Olimpiku. Għal bosta snin għalliem fl-Akkademja Olimpika fil-Greċja, fl-2012 ippubblika l-uniku xogħol bil-Malti ta’ studju dwar l-Olimpijadi ‘Agon’.  Huwa wkoll membru fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Il-President, Kumitat Ezekuttiv  tal-Kumitat Olimpiku Malti u għaqdiet nazzjonali membri jwasslu l-kondoljanzi lil Familja Bugeja l-aktar lil uliedu Christopher u Nadya.

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/il-kom-isellem-lil-lino-bugeja/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.