Il-klabb tat-Tennis f’Kordin jinvesti f’enerġija alternattiva

Monday, December 2, 2013, 14:47

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr. Ian Borg attenda għall-inawgurazzjoni ta’ proġett li kien jinvolvi instalazzjoni ta’ panelli fotovoltaici fuq il-bini tal-Klabb tat-Tennis ta’ Kordin. Dan il-proġett ġie iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali b’investiment ta’ €46,377  u ħa jkun qiegħed iwassal sabiex 80% tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Klabb ħa tkun iġġenerata permezz ta’ dawn il-panelli.

 

Dr.Borg fl-intervent li għamel waqt din l-attivita` tkellem fuq l-aċċess għall-Fondi Ewropej minn Għaqdiet Sportivi. Huwa qal li wiehed għandu jħares lejn interventi orizzontali u mhux diretti. Dan ghaliex l-Unjoni Ewropea tiffoka l-eligibilita’ għall-finanzjament fuq interventi li jħallu tkabbir ekonomiku u ħolqien ta’ impjiegi. Huwa tkellem kif dan mhux faċli li jintlaħaq permezz ta’ proġetti minn Għaqdiet sportivi.

 

Is-Segretarju Parlementari qal li l-proġett li qed ikun inawgurat illum għandu jservi ta’ eżempju sabiex l-għaqdiet sportivi jkunu aktar innovattivi fl-applikazzjonijiet li jissotomettu biex jibbenefikaw minn Fondi Ewropej. L-għaqdiet għandhom jippruvaw ukoll japplikaw għall-fondi li għalkemm ma jħallux impatt dirett fuq l-isports li l-għaqda tkun qed tipromwovi, dawn jgħinu sabiex l-għaqdiet jkunu aktar effiċjenti fl-operat tagħhom per eżempju bħal f’dan il-każ fejn it-Tennis Klabb ta’ Kordin qed jippromwovi użu aktar effiċjenti tal-enerġija li ser iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tiegħu.

 

Fl-għeluq tad-diskors tiegħu Dr. Borg irringrazzja lil dawk preżenti għall-ġid li jagħmlu maż-żgħażagħ filwaqt li ħeġiġhom ħalli jkomplu jkattru il-kultura sportiva qalb it-tfal tagħna.





Leave a comment